Piciollo l-eroj assolut fir-rebħa Furjaniża

Pietà         1

Floriana    3

Floriana dawru telfa f’rebħa fil-konfront tagħom kontra Pietà Hotspurs meta għelbuhom bl-iskor ta’ 3-1 fejn it-Taljan Matteo Piciollo kien l-eroj assolut għalihom. U dan meta sal-ewwel taqsima kienu 1-0 minn taħt biex fit-tieni taqsima skorjaw tliet gowls f’temp ta’ 17-il minuta. B’hekk issa Floriana għandhom erba’ punti fil-klassifika waqt li l-Hotspurs għandhom punt wieħed biss. 

Pietà Hotspurs laqgħu lura lil Rafael Xavier wara li serva żewġ logbiet sospensjoni u waqt li għal Floriana ddebutta l-attakkant mis-Senegal, Amadou Samb. Il-Hotspurs marru fil-vantaġġ fit-33 minuta permezz ta’ Rafael Xavier li wara li avvanza tajjeb għeleb lil Senatore permezz ta’ xutt imdawwar. Iżda Floriana wettqu rimonta qawwija fit-tieni taqsima. 

Huma rnexxielhom iġibu l-iskor indaqs permezz ta’ freekick dirett minn barra l-kaxxa Matteo Piciollo fil-50 minuta biex l-istess plejer li qed ikollu staġun mill-aqwa mal-Greens irdoppja l-iskor disa’ minuti biss wara, meta wara li xutt ta’ Samb ġie milqugħ minn David Cassar, il-ballun spiċċa f’saqajn l-attakkant Taljan li mill-viċin tefa’ ġewwa. Floriana skorjaw it-tielet gowl fil-logħba li kellu jkun l-aħħar gowl minn erbgħa f’din il-logħba permezz tad-debuttant Samb Amadou fis-67 minuta li rnexxielu jsib ix-xibka permezz ta’ daqqa ta’ ras wara li rċieva minn korner ta’ Clyde Borg.

 

Matteo Piciollo

Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti

Twieled fil-15 ta’ Ottubru 1992 fl-Italja

Skorja doppjetta f’din il-logħba u qed ikollu staġun mill-aqwa ma’ Floriana

Qabel ingħaqad ma’ Floriana, huwa lagħab ma’ AS Ostiamare, Civitavecchia, Salernitana u Atletico Roma Jugend

More in Sports