L-Inter Club Malta jiċċelebra s-36 anniversarju tiegħu

Il-President John Zammit jidher flimkien ma’ sħabu tal-kumitat, jaqsmu l-kejk tal-okkażjoni
Il-President John Zammit jidher flimkien ma’ sħabu tal-kumitat, jaqsmu l-kejk tal-okkażjoni

Dan l-aħħar l-Inter Club Malta ċċelebra s-36 sena mit-twaqqif tiegħu. Fil-fatt l-Inter Club Malta kien twaqqaf nhar it-18 t’Awwissu 1978 miż-żewġ fundaturi Joe Bugelli u Lawrence Cutajar.

Wara 36 sena, il-klabb kiber għal wieħed mill-aqwa klabbs tal-Inter fid-dinja fejn mhux biss għandu numru mdaqqas ta’ membri iżda wkoll għandu post bi tlett iswali fejn wieħed jista’ jiltaqa’ biex jara l-logħob tal-Inter.

Bħalma jagħmel kull sena waqt il-festin ta’ din l-okkażjoni, il-kumitat jippremja lil dak il-membru li jkun iddistingwa ruħu iktar mill-membri l-oħra. Għal din is-sena l-għażla waqgħet fuq Alex Cutajar mill-Mellieħa. Alex ta’ kull sena jlaqqa’ għandu fl-istabbiliment tiegħu, Square Bar, il-membri li jiġu minn naħa ta’ fuq ta’ Malta biex jinkitbu membri mal-Inter Club Malta u jieħu wkoll l-inkarigu li jqassmilhom il-materjal li jingħata lil kull membru mħallas.

F’din l-okkażjoni jiġu wkoll ippremjati nies distinti li jgħinu b’xi mod lill-istess klabb fejn fuq quddiem ikun hemm dejjem l-attur u l-producer John Suda.

L-Inter Club Malta jixtieq ifakkar li wieħed jista’ jinkiteb membru billi jżur il-klabb ġewwa Triq Salvinu Spiteri, Santa Venera jew iniżżel il-formola tas-sħubija mis-sit 

www.interclubmalta.com

More in Sports