Il-Valletta Subbuteo Club b’żewġ kompetizzjonijiet

Il-Valletta Subbuteo Club ikompli jħeġġeġ lil aktar tfal u żgħażagħ biex jipparteċipaw f'xi sport

It-tim tal-Youths tal-Valletta Subbuteo Club
It-tim tal-Youths tal-Valletta Subbuteo Club

Il-Valletta Subbuteo Club bil-kollaborazzjoni tal-Embassy Shopping Complex, se jorganizza żewġ kompetizzjonijiet tat-Table Football fl-okkażjoni tal-Youth Fest tal-Kumitat Olimpiku Malti, għal tfal ta’ bejn l-10 u l-15-il sena, fl-4 ta’ Settembru (kwalifikazzjoni) u l-Ġimgħa 5 ta’ Settembru l-finali. Dawk kollha interessati li jieħdu sehem, huma ġentilment mitluba li jċemplu lil Felix fuq 99844579, jew jiġbru applikazzjoni mingħand il-Kingsway Store, Triq ir-Repubblika, Valletta. Il-parteċipazzjoni hija b’xejn, u se jiġu pprovduti timijiet lil dawk li għadhom jibdew. Il kompetizzjonijiet se jinżammu fl-Embassy Shopping Complex, Level 2, fi Triq Santa Lucia, Valletta, bejn is-6pm u d-9pm.

Biex il-Valletta Subbuteo Club ikompli jippromwovi l-ispirtu tal-Kumitat Olimpiku Malti, li jħeġġeġ lil aktar tfal u żgħażagħ jipparteċipaw f’xi sport, il-Valletta Subbuteo Club se jkun fil-Kumpless tal-Embassy nhar is-Sibt 13 ta’ Settembru, fiċ-Children’s Cinema Day, biex iħajjar aktar tfal, żgħażagħ u anki kbar biex jiprattikaw dan l-isport. Kulħadd huwa mistieden jiġi dakinhar biex jifflikkja ftit magħna, f’ambjent rilassanti, bħalma joffri l-Embassy Shopping Complex. Se jkun hemm kowċis jieħdu ħsieb l-attività.

More in Sports