Bilanċ assolut bejn Naxxar u Balzan

Naxxar L.    1

Balzan          1

Naxxar Lions u Balzan temmew il-konfront ta’ bejniethom f’parità ta’ 1-1 biż-żewġ gowls li huma jaslu fl-ewwel taqsima. Għal Naxxar Lions iddebuttaw id-difesnur Niġerjan Emmanuel Ibokm Edet u l-plejer ta’ nofs il-grawnd mis-Senegal Pape Gueye. Għalihom irritorna l-plejer veteran u captain Victor Bellia wara li serva logħba sospensjoni iżda kellhom lill-plejer ta’ nofs il-grawnd Brażiljan Sidney da Silva nieqes minħabba li jinsab imweġġa’. Min-naħa l-oħra għal Balzan iddebutta l-plejer Samir Arab wara li ngħaqad magħhom mingħand Valletta hekk kif tilef l-aħħar logħba minħabba li kien sospiż. 

Balzan ħarġu fuq l-offensiva u ma damux biex sabu x-xika permezz ta’ Gianmarco Piccioni wara biss tmien minuti logħob. B’hekk dan kien it-tielet gowl ta’ Piccioni fil-kampjonat wara d-doppjetta li skorja fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet kontra Żebbuġ Rangers. 

Fis-26 minuta Balzan qalgħu daqqa ta’ ħarta meta tkeċċa għalihom il-goalkeeper żagħżugħ Christian Cassar biex erba’ minuti biss wara Naxxar Lions rebħu penalty li minnu l-attakkant prolifiku Brażiljan Gilmar da Silva Ribeiro ma żbaljax biex għamel l-iskor 1-1. Tajjeb ngħidu li flok Christian Casasr daħal jilgħab il-goalkeeper żagħżugħ Għawdxi Steve Sultana biex jiddefendi l-lasti. 

Naxxar L. - Azzopardi, Buhagiar, Gilmar da Silva Ribeiro, Doffo (Gueye 69’), Ibok Edet, Uchenna Mbachu Emenike, Falzon, Fenech, Reano, Scicluna, Vella (Bellia 70’)

Balzan - Cassar, Grioli, Bezzina, Serrano, Zarate, Guobadia, Sciberras, Micallef (Sultana 28’), Guerrero (Borg 90’), Mifsud Triganza (Spiteri 85’), Gianmarco Piccioni

Referi - Sandro Spiteri

Gianmarco Piccioni

Twieled fit-18 ta’ Lulju 1991 fl-Italja

Ingħaqad ma’ Balzan matul dan l-istaġun mingħand Mosta

Fil-karriera tiegħu lagħab ma’ Sambenedettese, Vicenza u L’Aquila qabel ingħaqad ma’ Mosta

Kellu logħba tajba fejn skorja l-ewwel gowl tal-logħba għal Balzan

More in Sports