Birkirkara jumiljaw lil Żebbuġ

Birkirkara    4

Żebbuġ        0

Birkirkara umiljaw lil Żebbuġ Rangers meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 4-0 f’logħba li l-iStripes iddominaw mill-bidu sal-aħħar u r-Rangers iddiżappuntaw fejn qatt ma daħlu fil-logħba. U dan meta Birkirkara kellhom tliet plejers ferm importanti neqsin. Dawn kienu l-captain Gareth Sciberras, Joseph Zerafa li mistenni jmur għall-prova ma’ klabb żgħir fl-Ingilterra kif ukoll lill-akkwist il-ġdid mingħand l-arċi-rivali Valletta, Edmond Agius. 

Din kienet it-tieni rebħa konsekuttiva għal Birkirkara biex issa għandhom 6 punti u jinsabu fil-quċċata tal-klassifika waqt li din il-logħba fissret ukoll it-tieni telfa konsekuttiva għal Żebbuġ Rangers li jinsabu ankrati fil-qiegħ tal-klassifika mingħajr ebda punt. Tajjeb ngħidu li l-erba’ gowls ta’ Birkirkara ġew skorjati minn erba’ plejers difererenti - xi ħaġa li tindika biċ-ċar il-qawwa fl-attakk tal-iStripes. 

Birkirkara għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ewwel u ma damux biex sabu x-xibka permezz ta’ Leighton Grech li reġa’ ngħaqad ma’ Birkirkara matul dan l-istaġun. L-iStripes irduppjaw l-iskor fl-44 minuta permezz tal-akkwist il-ġdid Ellinton Costa Morais. Huma għamluhom 3 fl-64 minuta permezz ta’ Eliandro Gonzaga dos Santos u komplew ikabbru l-marġni tal-iskor 12-il minuta wara permezz ta’ Rafael Ledesma minn penalty.

Birkirkara - Haber, Bissi Da Silva, Costa Morais, Vukanac, Pompeo, Ledesma, Dos Santos Gonzaga, Fenech, Muscat, Scicluna, Grech, Camenzuli

Żebbuġ R. – Rapchan dos Santos Morales, Borg, Serrano Diaz, Gauci, Camilleri, Gauci, Bartolo, Monti, Paris, Rodrigues Britto, Muchardi

Referi - Marco Borg

Rafael Ledesma

Rafael Ledesma
Rafael Ledesma

Twieled fil-31 ta’ Diċembru 1982 f’Porto Alegre, il-Brażil

Ingħaqad ma’ Birkirkara iktar kmieni matul dan is-sajf

Kellu logħba tajba li ġiet inkurunata permezz ta’ gowl minn penalty fis-76 minuta

L-aħħar tim li lagħab miegħu qabel ingħaqad ma’ Birkirkara kien Achna FC f’Ċipru

More in Sports