Suċċess għaż-żgħażagħ Maltin waqt il-logħob tal-FISEC

Fl-aħħar jum mit-tlielaq individwali waqt il-logħob tal-FISEC li saru fi Vjenna, kellna iktar suċċessi mill-għawwiema Maltin.

L-atleti żgħażagħ Maltin li rrappreżentaw lil Malta fil-Logħob tal-FISEC li saru fi Vjenna, l-Awstrija
L-atleti żgħażagħ Maltin li rrappreżentaw lil Malta fil-Logħob tal-FISEC li saru fi Vjenna, l-Awstrija

Michael Umnov rebaħ id-deheb fil-200 metru short course butterfly fejn il-ħin kien wieħed rekord għall-logħob tal-FISEC. Aktar rebħ ta’ midalji wasal ukoll għal Neil Muscat meta rebaħ il-fidda fil-100 metru freestyle dejjem short course. Dan rebaħ il-fidda wkoll fil-50 metru backstroke.

Kimberly Castelli ħadet il-bronż fil-50 metru butterfly. It-tim tas-subien ukoll rebaħ il-medalja tal-bronż fil-mitt metru medley relay ta’ erbgħa. It-tim kien kompost mill-għawwiema Neil Muscat, Michael Stafrace, Michael Umnov u Jeremy Bugeja. B’hekk il-kontinġent Malti tal-għawm temm l-impenji tiegħu bir-rebħ ta’ żewġ midalji tad-deheb, tlieta fidda u tmienja bronż. Kiser ukoll tliet FISEC rekords u żewġ short course rekords nazzjonali.

Intant, waqt l-Assemblea Ġenerali Bro Martin, President tal-FISEC Malta, rebaħ it-talba biex Malta torganizza l-logħob tas-sena dieħla f’Malta. It-talba ta’ Malta għelbet l-isfidi ta’ pajjiżi oħrajn. B’hekk bħal daż-żmien sena f’Malta se jkun hawn madwar elf student ta’ taħt is-sbatax-il sena biex jieħdu sehem f’dawn il-logħob li huma speċi ta’ Olimpjadi żgħar.

More in Sports