It-tim nazzjonali tad-darts jikseb il-midalja tal-bronż f’Ċipru

Malta Darts Association
Malta Darts Association

Dan l-aħħar it-tim nazzjonali tad-darts ikkompeta fl-14-il edizzjoni tat-Tazza tal-Mediterran li saret ġewwa Protaras, Ċipru bejn il-15 u t-18 ta’ Mejju. It-tim kien kompost minn Norbert Attard, Albert Scerri, Chris Cohen u Vince Busuttil akkumpanjati minn Noel Gauci bħala maniġer u Tony Demanuele bħala trainer.
Il-kategoriji ta’ logħob kienu kampjonat tat-timijiet, pari u individwali. Il-Maltin ikkompetew ukoll fl-Open ta’ Ċipru. Fil-logħob tat-timijiet huma rebħu l-grupp b’rebħiet fuq Ċipru 9-6, Franza 9-8 u Italja 9-7 biex għaddew għas-semi-finali kontra l-Greċja. Tilfu din il-logħba u kellhom jikkuntentaw b’midalja tal-bronż. Kirsten Aquilina, żagħżugħ ta’ 17-il sena kien mistieden li jilgħab fit-turnament tal-maniġers u dan irnexxielu jasal sal-finali u spiċċa rebbieħ 4-3 kontra l-maniġer tat-Turkija.

Open ta’ Ċipru

F’din il-kompetizzjoni ħadu sehem numru sabiħ ta’ plejers. Il-plejers Maltin li ħadu sehem f’din il-kompetizjoni kollha taw prestazzjoni tajba iżda l-aktar li spikka kien Vince Busuttil li wasal sas-semi-finali.
Intant fil-kamp lokali, ir-rebbieħa kollha għall-istaġun 2013/14 kienu kif ġej:

Kampjonat 8-a-side

                                      DIVIŻJONI 1                 DIVIŻJONI 2                         DIVIŻJONI 3
Rebbieħa               JS Dimech Floriana         Ajax St Joseph Band Club         Education Bar A
Runners Up            Pawla Wolves                   Floriana Ajax Munchies        Bormla Bocci Club A    
Highest Finish          Albert Scerri (160)        Julian Bonello (150)                   Vince Bonnici (123)
Relegati                      Beland Band Club        B’Kara F.C.
                             Manchester Conquest           Mqabba Lily BC

4-a-side

Rebbieħa        Marsa St Michael
Runner Up    Żabbar KSI Malta A
Semifinalisti    Pawla Wolves B U Pawla Wolves A
Highest Finish    Joe Mallia (161)

5-a-side KO

Rebbieħa        Floriana Ajax JS Dimech
Runners Up    Marsa St Michael
Semifinalisti    Education Bar u Pawla Wolves
Highest Finish    Norbert Attard (156)

Double

Rebbieħa        Albert Scerri/Mario Camilleri
Runners Up    Chris Cohen/Emmanuel Borg
Semifinalisti    Darren Camilleri/Andre Zammit
                       Julian Bonello/Mario Camilleri

Super Cup

Rebbieħ        Albert Scerri
Runner Up    Norbert Attard
Semifinalisti    Vince Bonnici u Vince Busuttil
Joint Fifth        John Agius, Chris Cohen, Kirsten                 Aquilina u Omar Aquilina

Plejer tas-Sena

                           Diviżjoni 1    Diviżjoni 2             Diviżjoni 3
Rebbieħ        Norbert Attard    John Agius        Kirsten Aquilina


Overall Plejer tas-Sena

Rebbieħ    Norbert Attard

Malta Singles Champion

Rebbieħ    Norbert Attard

Tim Nazzjonali
Norbert Attard, Albert Scerri, Chris Cohen u Vince Busuttil

Fl-individwali r-riżultati kienu dawn:

Norbert Attard (Malta) 4-1 D. Georgiou (Ċipru)
Norbert Attard (Malta) 3-4 T. Thibault (Franza)
Albert Scerri (Malta) 4-0 A. Patru (Ċipru)
Albert Scerri (Malta) 4-2 U. Karaca (Turkija)
Albert Scerri (Malta) 2-4 K. Pantelides (Greċja)
Chris Cohen (Malta) 4-2 D. Duo (Ġibiltà)
Chris Cohen (Malta) 0-4 G. Grillini (Italja)
Vince Busuttil (Malta) 1-4 E. Tekin (Turkija)

Koppji

Chris Cohen/ Vince Busuttil (Malta) vs D. Duo/D. Parody (Ġibiltà) 2-4
Norbert Attard/Albert Scerri (Malta) vs M. Demetriou/A. Patru (Ċipru) 4-1
Norbert Attard/Albert Scerri (Malta) vs E. Kayaoglu/E. Tekin (Turkija) 1-4

More in Sports