L-MFA ssellem il-memorja tal-eks plejer nazzjonali Tony Calleja

L-eks plejer tat-tim nazzjonali, Tony Calleja, li ħalla din id-dinja fl-età ta’ 71 sena
L-eks plejer tat-tim nazzjonali, Tony Calleja, li ħalla din id-dinja fl-età ta’ 71 sena

Il-Malta Football Association uriet sogħba għall-mewt tas-Sur Tony Calleja, eks-plejer tat-tim nazzjonali Malti, li ħalla din id-dinja fl-età ta’ 71 sena.
Calleja beda l-karriera tiegħu ma’ Valletta fl-1962, fir-rebħa ta’ 6-0 fuq St Patrick’s. Calleja lagħab għal tmien staġuni ma’ Valletta bejn l-1961/62 u l-1968/69. Hu lagħab 77 partita u skorja 25 gowl.
Calleja lagħab ukoll mat-tim nazzjonali fis-27 ta’ April, 1969, fit-telfa ta’ 3-1 f’partita ta’ ħbiberija kontra l-Awstrija.
L-MFA tibgħat il-kondoljanzi profondi tagħha lill-familja Calleja.

More in Sports