Fost l-aqwa plejers tal-basketball lokali ta’ kull żmien

rebaħ xejn inqas minn sitt unuri personali tal-Plejer tas-Sena fl-istess sport.

Michael Naudi
Michael Naudi

Kif għażilt il-basketball fost tant sport ieħor?

Meta kont tifel żgħir kont nilgħab futbol, basketball u waterpolo kollha f’daqqa sakemm kelli 14/15-il sena. Madankollu, ħija kien iffissat fil-basketball allura biex inkun ma’ ħija kont għażilt li nkompli fil-basketball.

Kif sejjer mat-tim tiegħek AtoZ electronics Athleta?

Issa ili 19-il sena mat-tim ta’ Athleta fil-kampjonat, mal-istess kowċ li kien daħħalni fit-tim. It- tim dejjem kien u jibqa’ wieħed magħqud. L-attitudni tat-tim hija dejjem waħda determinati biex tirbaħ allura dan imur ħafna mal-karattru tiegħi. Avolja nbiddlu ħafna plejers matul is-snin dejjem inżommu tim kompost minn ħbiberija fuq u barra mill-court tal-basketball.

Matul l-istaġun li għadda rbaħt l-unur ferm prestiġjuż tal-Plejer tas-Sena. X’fisser għalik dan l-unur?

Dan l-unur kien is-sitt wieħed sa issa għalija u għandi l-pjaċir ngħid li huwa rekord bħalissa. Apparti l-ewwel wieħed dan kien wieħed li ħadt ħafna gost li rbaħt peress li s-sena ta’ qabel għamilt sena barra minħabba injury f’dahri. Wara sajf naħdem ħafna biex niġi f’tiegħi rbaħna l- kampjonat u l-unur tal-Plejer tas-Sena kien unur sabiħ biex ipatti tax-xogħol barra mill-court.

X'kienu l-esperjenzi li kellek sa issa mat-tim nazzjonali tal-basketball?

Kelli ħafna esperjenzi mat-tim nazzjonali tal-basketball matul iż-żmien għax bdejt ta’ 18-il sena f’Ġibiltà. Dis-sena fl-istess Ġibiltà rbaħna l-medalja tal-fidda għall-ewwel darba fil-European Championship C Tournament li huwa unur għal pajjiżna u għat-tim nazzjonali tal-basketball. Minbarra dan l-unur, l-isbaħ esperjenza tibqa’ ta’ meta fl-istaġun 1998/99 lgħabna fil-kampjonat tas-Serie C fl-Italja, li kienet esperjenza sabiħa u impenjattiva ħafna.

Ġieli kkunsidrajt li tmur tilgħab barra minn Malta?

Fl-istaġun 1999/2000 mort Dawson College fl-Amerika fuq scholarship tal-basketball, imma minħabba injury kelli niġi lura. Sfortunatament meta kont iżgħar ma kienx hemm opportunitajiet daqskemm hawn issa kemm minħabba regolamenti tal-Unjoni Ewropea ta’ plejers kif ukoll minħabba exposure tal-plejer Malti barra minn xtutna. Wara prova ma’ Trapani fil-Kampjonat tal-A2 fl-Italja, ma kienx irnexxieli għax ma kienx għad hemm li l-plejer jista’ jilgħab fil-league u meta tqabbilna ma’ barranin mill-Amerika livell huwa wieħed ferm differenti.

X'tikkummenta fuq il-Malta Basketball Association mmexxija mill-President Pawlu Sultana?

Naħseb li l-MBA ħadet spinta tajba taħt it-tmexxija ta’ Pawlu Sultana. L-MBA ħadmet ħafna għall-ġid tal-basketball f’Malta u dan issa jidher wara sajf ta’ rebħ ta’ medalji minn ħafna timijiet tan-nazzjonal fi gruppi ta’ età differenti kemm irġiel kif ukoll nisa. Jibqa’ ħafna xogħol x’isir imma l-persuni involuti fl-MBA qed jaħdmu kemm jistgħu.

X'tikkummenta fuq ir-riżorsi u l-courts li fihom tilagħbu f'Malta speċjalment meta kkumparati ma' dawk li tilagħbu fihom barra minn Malta mat-tim nazzjonali u li kont tilgħab fihom int meta kont tilgħab barra minn Malta?

Sfortunatament il-court li nilagħbu fih mhux ta’ livell, hemm bżonn investiment f’court fejn jintlagħab il-logħob biex ikun iktar komdu kemm għan-nies li jiġu jaraw il-logħob kif ukoll għall-plejers li jridu jilagħbu fih. Dis-sena nfetħu training courts ġodda u nisperaw li dan ikun pass ’il quddiem biex issa naħdmu fuq court fejn jintlagħab il-logħob.

Il-mezzi tax-xandir f'Malta tagħti biżżejjed pubbliċità lill-basketball lokali?

Ma naħsibx li l-mezzi tax-xandir jagħmlu biżżejjed għall-basketball u għal sports oħrajn f’Malta. Sfortunatament naħseb li ħafna mill-mezzi tax-xandir jagħtu l-attenzjoni tagħom lill-futbol anki jekk il-waterpolo u l-basketball iġibu riżultati tajbin u medalji nazzjonali. Hemm bżonn li l-mezzi tax-xandir jagħtu attenzjoni lil sports oħrajn biex nesponu għall-pubbliku sportiv il-kwalitajiet li għandhom sports oħrajn f’Malta. Tajjeb insemmi li l-basketball fil-mezzi tax-xandir jieħu spinta tajba minn Colin Schembri u minn Willie Vassallo li jaħdmu ħafna biex ixandru l-basketball.

Taħseb li għad jiġi żmien f'Malta meta plejer tal-basketball f'Malta kemm fil-kamp maskili kif ukoll f'dak femminili ikun jista' jgħix biss permezz tal-basketball?

Fil-basketball, bħalissa hemm Samuel Deguara li qed jagħmel prova fit-Tuneżija u Kurt Cassar li mar Ruma biex jilgħab. L-opportunitajiet huma hemm. F’dan iż-żmien u jekk il-plejers żgħar ikunu determinati u jaħdmu ħafna ma tistax tgħid x’għad jiġri fil-futur.

Kif tħares lejn il-futur tiegħek fil-basketball?

Wara li nieqaf bħala plejer bħalissa m’għandix ħsibijiet biex inkun kowċ jew parti minn xi kumitat, imma ma tistax tgħid x’għad jiġri fil-futur.

Bħala plejer ta' daqstant suċċess fil-basketball lokali u mhux biss għaddi messaġġ lil dawk li jixtiequ jagħmlu karriera fil-basketball.

Messaġġ liż-żgħar mhux tal-basketball biss huwa biex ma jieħdu xejn b’ovvju. Tajjeb kemm plejer ikun irid jibqa’ jitħarreġ bis-saħħa kollha u s-serjetà meħtieġa għax dejjem ikun hemm xi ħadd lest biex jeħodlok postok!

More in Sports