Luciana Lamorgese tieħu post Salvini bħala Ministru għall-Intern

Giuseppe Conte mar għand il-President Sergio Mattarella u ppreżenta l-Kabinett tal-Gvern ġdid Taljan

Luciana Lamorgese u l-eks Ministru Matteo Salvini
Luciana Lamorgese u l-eks Ministru Matteo Salvini

Ftit tal-ħin ilu, il-Prim Ministru Taljan Giuseppe Conte mar għand il-President Sergio Mattarella u ppreżenta l-Kabinett tiegħu.

Anke jekk dan huwa t-tieni Gvern li se jmexxi Conte, jidher li kellu aktar libertà biex għażel il-Ministru milli meta ġie ffurmat il-Gvern ta' koalizzjoni bejn il-Movimento Cinque Stella ta' Di Maio u l-Lega ta' Salvini, liema Gvern sfaxxa fix-xejn 14-il xahar wara.

Fil-fatt, Lamorgese ma għandha affiljament la mal-Movimento Cinque Stelle u lanqas mal-Partit Demokratiku.

Jidher li Nicola Zingaretti, is-Segretajru tal-Partit Demokratiku, insista biex ikun hemm bidla fil-politika tal-Gvern Taljan dwar l-immigrazzjoni u dan bħala waħda mill-kundizzjoni qabel ġiet iffurmata l-koalizzjoni l-ġdid bejn il-M5s u l-PD.

Intant Di Maio se jkun il-Ministru l-ġdid tal-Affarijiet Barranin u mhux se jibqa Deputat Prim Ministru.

Jidher li l-President Taljan laqa' l-ismijiet kollha li ppreżenta Conte u għalhekk issa l-pass li jmiss huwa li l-Gvern imur quddiem il-Parlament biex jitlob il-fiduċja.

More in Barranin