'Ħa ħudu biro ħalli tiktbu tajjeb fuq l-Arsenal'

Tgħid il-kowċ Nazzjonali Malti qed iqassam il-biros ukoll? Għax dejjem immorru tajjeb wara kull telfa

Fuq is-sit ta' Arseblog ħareġ ritratt ħelu dwar Arsene Wenger iqassam biros lill-ġurnalisti u jgħidilhom biex bihom jiktbu affarijiet pożittivi fuq Arsenal u fuqu.

Tgħid il-kowċ nazzjonali Malti ilu jagħmilha? Għax kull meta t-tim nazzjonali Malti jitlef, dejjem naqraw li morna tajjeb jew tlifna minħabba r-referee. Ftit jew xejn naqraw xi ħaġa negattiva dwar it-tim nazzjonali Malti jew dwar il-kowċ tat-tim Nazzjonali, it-Taljan Ghedin. Tgħid taħdem din is-sistema? Għalkemm illum bit-tablet ftit jew xejn tużaha l-biro. Jien personali nippreferi li jagħtini tablet jekk irid li nikteb tajjeb dwaru għax ma nużax biro!

More in Sports