Fl-Olimpjadi l-għażla f'idejk: Jew tikxef inkella tgħatti

Rio 2016: Jispikkaw dawn ir-ritratti fil-Beach Volley

Ġermanja v Eġittu - Il-mikxufin vs il-mgħottijin - ħarġu ritratti li juru d-differenza bejn il-kulturi ta' atleti li jieħdu sehem fl-Olimpjadi. Jikxfu l-kulturi ferm diversi bejn it-teams tan-nisa Iżlamiċi u dawk tal-Punent. Iżda d-differenza hi biss fil-ħwejjeġ użati fejn dawk Iżlamiċi jippreferu li jilbsu kmiem twal u leggings b'waħda minnhom tagħżel ukoll li tilbes hijab. Il-Ġermaniżi jagħżlu li jqaċċtu kemm jifilħu biex ftit jew xejn iħossu s-sħana. Fil-fatt din il-logħba bejn l-Eġittu u l-Ġermanja fil-beach Volley ġiet mirbuħa mill-atleti Ġermaniżi li qed jaspiraw li jitilgħu fuq il-podju tal-Beach Volley tan-Nisa.

 

 

More in Sports