Asterix u Obelix jagħmlu ħerba mill-vikingi

Daqq nofs il-lejl u Cindirella tilfet mhux biss iż-żarbuna iżda triqtha wkoll.....filwaqt li feġġet ir-realta....li ħanqa ta' ħmar tinstema ftit iżda qatt ma titla s-sema

Kemmxejn kattiv f'dak li qed nikteb, iżda r-realta nnifisha hi kattiva. Il-Vikingi tal-Iżlanda li ġibdu s-simpatija tad-dinja kollha sfaxxaw meta quddiemhom sabu lil Asterix u Obelix determinati li f'pajjiżhom ma jidħol ħadd u joħroġ rebbieħ. Ġabu fix-xejn l-għajta tal-vikingi bl-għajta tal-goal, mhux darba, iżda ħames darbiet. L-Iżlandiżi baqgħu jissieltu sal-aħħar nifs iżda dan ma kienx biżżejjed għax kif jgħid il-proverbju Malti ħanqa ta' ħmar qatt ma telgħet is-sema. Għax fl-aħħar mill-aħħar il-kbir jirrenja. Iż-żgħir jista biss jagħti lil kbir ġirja tajba għal flusu iżda meta jasal biex jieħu r-renju ma jirnexxilux għax il-qawwa, it-teknika u l-gwerriera aktar qawwija li jkollu l-kbir jġibu fix-xejn il-ħolma taż-żgħir li bil-mod il-mod ikun qed jagħti sfida lil min hu akbar minnhom. Ħafna qalu li l-logħba tal-Football ma tintlagħabx bl-ismijiet u bli stilel, iżda il-fattu juru mod ieħor mill-paroli. Il-players li joħolqu isem għalihom ma joħolquhx mix-xejn. L-isem jissawwar għax dak li jkun joħloq isem bil-kapaċitajiet kbar tiegħu u b'dak li jkun rebaħ matul il-karriera tiegħu. JIbqa fatt li l-qalb u d-determinazzjoni jwassluk sa ċertu punt jekk magħhom ma jkollokx il-kapaċita tal-istilel individwali li jagħmlu d-differenza. U b'hekk il-'Gauls' f'pajjiżhom ġabu fix-xejn il-ħolma tal-Vikingi u b'Football tekniku u b'individwalita u ismijiet bħal Pogba, Giroud, Griezmann, Payet, Sissoko u l-kumpannija ġabu fix-xejn lid-determinazzjoni tal-players li nafuhom aktar bin-numri milli b'isimhom tal-Iżlanda. L-Iżlanda rebħu s-simpatija tad-dinja iżda le l-unur aħħari.

Ir-riżultati kollha tal-Iżlanda kienu hekk:

Iżlanda v Portugall  1 - 1, Iżlanda v Ungerija  1 - 1, Iżlanda v Austria  2 - 1, Iżlanda v Ingilterra 2 - 1, Iżlanda v Franza  2 - 5

 

More in Sports