It-tieni BREXIT għall-Inġliżi...

F'temp ta' ġimgħa, l-Ingilterra ħarġet darbtejn mill-Ewropa hekk kif ilbieraħ jinqalgħu mill-EURO 2016

L-ingliżi jinqalgħu mill-Euro 2016
L-ingliżi jinqalgħu mill-Euro 2016

It-tim Inġliz ilbieraħ filgħaxija inqala' mill-kampjonat tal-EURO 2016 hekk kif tilfu l-logħoba kontra l-Islanda bil-puntegg ta' 2-1.

Dan ftit jiem biss wara r-referendum storiku li ra r-Renju Unit joħrog mill-UE, u b'hekk kważi sarkastikament, l-Ingilterra ħarġet mill-Ewropa darbtejn f'perjodu ta' inqas minn ġimgħa.

It-tim tal-Islanda taw logħoba tajba ferm u skont ħafna nies li segwew il-partita, kien jistħoqqilhom din-ir-rebħa.

Ta' min jinnota bħala ħaga tipikament Maltija, bil-pika li hawn bejn il-partitarji tal-Italja u dawk tal-Ingilterra, li l-bieraħ kienet ġurnata kbira għall-partitarji taljani hekk kif iċċelebraw ir-rebħa tat-tim tagħhom u l-eliminazzjoni taż-żewg rivali, Spanja u l-Ingilterra.

L-atmosfera fil-postijiet pubbliċi fejn intwerew il-logħob ilbieraħ kienet waħda festiva ħafna hekk kif l-ewwel ġiet iċċelebrata r-rebħa Taljana u ftit wara...l-istess partitarji, bi spirtu inqas sportiv, reġgħu iċċelebraw it-telfa tal-Ingliżi.

Bħala riżultat tat-telfa tal-Ingilterra, il-meniġer, Roy Hodgson ħabbar ir-riżenja tiegħu.

More in Sports