Balotelli viċin li jingħaqad ma' Milan

b'self mingħand Liverpool

AC Milan jinsabu viċin ħafna li jerġgħu jakkwistaw lil Mario Balotelli li s'issa ma riedu ħadd miegħu wara li anke Liverpool qatgħuh barra mill-pjani tagħhom. Dan skont il-gazzetta dello Sport.

Jingħad li Sinisa Mihajlovic ltaqa mal-attakkant taljan f'Firenze l-bieraħ eżatt ġurnata qabel l-logħba li Milan se jilagħbu kontra Fiorentina. Adriano galliani qal li jista jkun hemm xi verita fir-rapport u qal li bejn Milan u Balotelli hemm speċi ta' 'loce affair'. Jekk jirġi dan Liverpool se jitilqu lil Balotelli b'self għal sena.

More in Sports