Balotelli mġiegħel jittrenja waħdu

Ormai nfetħet beraħ il-battalja bejn Liverpool u Balotelli

Il-passat kontroversjali li ddawwar bih Mario Balotelli laħaq mal-preżent, fejn mhux barra li ħadd ma wera interess f'dan il-player Taljan ta oriġini Ghaniża iżda issa jidher li anke Liverpool tilfu kull fiduċja fih. Tant li lanqas ġie msejjaħ għaż-żewġ partiti ta' ħbiberija li Liverpool għandhom ma'; HJK Helsinki u għada kontra Swindon Town.

Skont l-istampa Ingliża ir-rapport bejn il-coach Brendan Rodgers u Balotelli issa intemm għal kollox fejn Rodgers wasal fi stat u talab lill-attakkant jittrenja waħdu separatament mill-iskwadra.

More in Sports