Meta attakkant ta’ 38 sena spiċċa l-aqwa scorer tas-Serie A fl-Italja

Luca Toni jifraħ wara wieħed mit-22 gowl li rnexxielu jiskorja ma’ Hellas Verona, matul dan l-istaġun fil-Kampjonat Serie A TIM fl-Italja
Luca Toni jifraħ wara wieħed mit-22 gowl li rnexxielu jiskorja ma’ Hellas Verona, matul dan l-istaġun fil-Kampjonat Serie A TIM fl-Italja

Li l-futbol Taljan jinsab fi kriżi huwa fatt magħruf. Iżda li attakkant ta’ 38 sena bl-isem ta’ Luca Toni kien se jispiċċa fil-quċċata tal-lista tal-aqwa skorers tal-Kampjonat Taljan Serie A TIM, kienet xi ħaġa li żgur li ħadd ma stenna fil-bidu ta’ dan l-istaġun.

Dan hekk kif huwa skorja l-ammont ta’ 22 gowl biex għeleb l-isfida ta’ plejer iżgħar minnu fl-età u ta’ klassi superjuri, bl-isem ta’ Carlos Tevez ta’ Juventus li temm fit-tieni post tal-gradwatorja b’20 gowl. 

Huwa ntlaħaq fil-quċċata tal-lista, mill-attakkant prolifiku Arġentin tal-Inter, Mauro Icardi, nhar il-Ħadd filgħaxija permezz tad-doppjetta personali li skorja fir-rebħa ta’ 4-3 ta’ Inter fuq Empoli fis-San Siro, bis-seba’ goals li huma fil-logħba jiġu skurjati kollha fit-tieni taqsima. 

Il-kuntratt ta’ Toni ma’ Verona ntemm ftit tal-jiem ilu, u se jkun biss matul il-jiem li ġejjin li se jkun qed jitħabbar jekk l-attakkant prolifiku Taljan hux se jkun qed iġedded il-kuntratt tiegħu ma’ Verona. Dan fost rapporti li dehru fil-media matul il-ġimgħat li għaddew li huwa seta’ jibda avventura ġdida fil-kontinent tal-Awstralja billi jingħaqad mal-klabb li jimmilita fl-A-League, Adelaide United. 

Dan hekk kif jidher li dan il-klabb irid jirrepeti s-suċċess ta’ Sydney FC, meta ffirmaw lil-leġġenda Juventina, Alessandro Del Piero, fl-istaġun 2012-13, fejn huwa lagħab magħhom għal żewġ staġuni sħaħ. 

Luca Toni skorja l-ammont inkredibbli ta’ 41 gowl bil-flokk ta’ Hellas Verona fl-aħħar żewġ staġuni, wara li ngħaqad ma’ dan il-klabb mingħand Fiorentina. 

Intant, bosta qed isemmu li Toni jista’ tabilħaqq jerġa’ jirritorna jilgħab bil-flokk tat-tim nazzjonali Taljan, wara bosta żmien, iżda jidher li Antonio Conte, mhux mistenni jsejjaħ lil Toni fl-iskwadra Azzurra, speċjalment minħabba l-età ta’ Toni, kif ukoll minħabba l-fatt li hemm bosta iktar plejers żgħażagħ li qed jattiraw l-għajn tal-kowċ tat-tim nazzjonali Taljan. 

Il-Karriera ta’ Luca Toni: Statistika

Snin    Tim    Dehriet    Gowls

1994–1996    Modena    32    7

1996–1997    Empoli    3    1

1997–1998    Fiorenzuola    26    2

1998–1999    Lodigiani    31    15

1999–2000    Treviso    35    15

2000–2001    Vicenza    31    9

2001–2003    Brescia    44    15

2003–2005    Palermo    80    50

2005–2007    Fiorentina    67    47

2007–2010    Bayern Munich    60    38

2009    Bayern Munich II    2    0

2010    Roma (b’self)    15    5

2010–2011    Genoa    16    3

2011–2012    Juventus    14    2

2012    Al Nasr    7    3

2012–2013    Fiorentina    27    8

2013–    Verona    72    42

Tim Nazzjonali Taljan

2004–2009    Italja    47    16

Unuri li rebaħ Luca Toni tul il-karriera tiegħu:

Ma’ Palermo:

  • Serie B: 2003–04

Ma’ Bayern Munich

  • Bundesliga: 2007–08
  • DFB-Pokal: 2007–08
  • DFB-Ligapokal: 2007

Luca Toni ma’ Bayern Munich
Luca Toni ma’ Bayern Munich

Mat-Tim Nazzjonali Taljan

  • Tazza tad-Dinja tal-2006

Unuri Individwali

  • L-Aqwa Skorer tas-Serie A: 2005–06, 2014-15
  • L-Aqwa Skorer tas-Serie B: 2003–04
  • L-Aqwa Skorer tal-Bundesliga fil-Ġermanja: 2007–08
  • L-Aqwa Skorer tat-Tazza UEFA: 2007–08
  • Ballun tal-Fidda: 2005–06
  • Guerin d’Oro: 2006
  • European Golden Shoe: 2005–06
  • FIFA World Cup All-Star Team: 2006

L-ewwel 5 Plejers ikklasifikati fil-lista tal-aqwa skorers fil-Kampjonat Serie A TIM fl-Italja fl-istaġun 2014/15:

Pożizzjoni    Plejer    Gowls    Tim

1    Luca Toni    22    Verona

    Mauro Icardi    22    Inter

2    Carlos Tévez    20    Juventus

3    Gonzalo Higuaín    18    Napoli

4    Jérémy Menez    16    AC Milan

5    Manolo Gabbiadini    15    Napoli

    Domenico Berardi    15    Sassuolo

More in Sports