Il-president tal-FIFA li jmiss jista' jkun iswed u eks plejer - George Weah

Platini hu l-aktar favorit

George Weah l-eks player ta' Milan li kien l-uniku Afrikan li kien nominat li jirbaħ il-Player tas-sena tal-FIFA u fl-1995 rebaħ il-Ballon d'Or qed jissemma sew li jista jkun li jkun l-ewwel President iswed u anke eks player famuż. L-uniku ħaġa kontrih hi li hu kien wieħed li ħadem favur Blatter għax qal li Blatter kellu aktar pożittiv milli negattiv.

Iżda George Weah hu persuna li jgawdi rispett kbir fl-Afrika kollha u anke fid-dinja tal-Football sew bħala eks player kif ukoll bħala politiku li qed jipprova jibdel u jirriforma l-pajjiż tiegħu, Liberja. Hu l-leader tal-akbar partit fl-oppożizzjoni fil-Liberia u hu senatur, siġġu li rebaħ f'Diċembru li għaddha meta għeleb lill-iben il-president. Għandu 48 sena u fl-2017 hu msemmi li se jikkontesta l-presidenza ta' pajjiżu biex jgħaqqad nazzjon meqrud mill-effetti ta' gwerra ċivili u mill-kriżi tal-Ebola.

Sadattant diġa bdew isiru mħatri u jissemmew diversi personalitajiet oħra fil-Football dinji li jistgħu jieħdu post Blatter fejn l-aktar favorit hu Michel Platin flimkien mal-Princep Ali Bin Al Hussein tal-Ġordan

Il-kontendenti huma

1. Michel Platini

Il-president tal-UEFA u l-akbar favorit li jieħu post Blatter

2. Sheikh Ahmad al Fahad al Sabah

Membru ġdid fil-kumitat b'saħħtu tal-FIFA u li hu kontenditur b'saħħtu ħafna li jsir President.

3. Michael van Praag

L-eks ċerman tal-Ajax chairman. Mhux se tkun faċli għalih biex isib min jibbekkjah

4. Luis Figo

Eks player ta' fama mondjali iżda m'għandux esperejnza fil-politika tal-FIFA

5. Prince Ali Bin Al Hussein

Kien megħlub minn Blatter iżda xorta hu favorit flimkien ma' Platini li jista jieħu l-post ta' Blatter.

6. David Ginola

Dan l-eks player mhux mistenni wisq li jkollu ċans għal dan il-post iżda qed jissemma wkoll

7. Alfredo Hawit

Il-President il-ġdid tal-Concacaf. Fil-ġimgħat li ġejjin ismu ħa jkun fl-aħbarijiet sew.

8. Sheikh Salman bin Ebrahim Al Khalifa

President tal-Asian Football Confederation. Kellu 'say' kbira fir-rebħ ta' Blatter

9. Jerome Champagne

L-eks membru tal-eżekuttiv tal-FIFA u diplomatiku Franċiż. Isibha diffiċli biex isib backing li gġħandu bżonn. 

More in Sports