Sepp Blatter jinsab taħt investigazzjoni fl-Istati Uniti

Dan qed jiġi rrappurtat ftit sigħat wara li rriżenja minn president tal-Fifa

Il-president tal-FIFA Sepp Blatter qed jiġi investigat mill-uffiċjali Amerikani bħala parti mill-inkjesta tagħhom dwar il-korruzzjoni fl-istess FIFA. Dan skont rapporti fil-media tal-Istati Uniti.

L-aħbar ġiet ftit sigħat biss wara li Blatter iddikjara li kien ser jirriżenja mill-pożizzjoni tiegħu ta' president - wara inqas minn ġimgħa li reġa' ġie elett f'din il-pożizzjoni.

Il-prosekuturi fl-Istati Uniti bdew l-inkjesta kriminali l-ġimgħa l-oħra wara li seba' uffiċjali tal-FIFA ġew arrestati fl-Iżvezzja - parti minn grupp ta' 14 li ġew akkużati. Jumejn wara Blatter reġa' nħatar president tal-FIFA.

Ilbieraħ iżda, wara pressjoni kbira minn ħafna fil-kamp tal-futbol, Blatter sostna li l-mandat tiegħu "ma jidhirx li għandu l-appoġġ ta' kulħadd madwar id-dinja," fejn kompla jgħid li "l-FIFA għandha bżonn ristrutturar mill-qiegħ."

More in Sports