Intervista Lokali Barranin

Blatter jgħaddi lil prinċep tal-Ġordan b'60 vot

Jirbaħ il-presidenza għal ħames darba konsekuttiva

John Busuttil / 29 ta' Mejju 2015 19:51
Sepp Blatter reġa rebaħ l-presidneza tal-FIFA anke jekk din l-elezzjoni kienet mtappna b'arresti ta' membri tal-eżekuttiv mill-pulizija Amerikana dwar4 korruzzjoni. Blatter ma ġabx il-140 vot li kellu bżonn fl-ewwel elezzjoni fejn ġab 60 vot aktar mill-prinċep tal-Ġordan li kellu s-support tal-UEFA u anke tal-President malti, Norman Darmanin Demajo. Fil-fatt Blatter li għandu 79 sena u ilu president tal-FIFA mill-1998 ġab 133 vot kontra t-73 ta' Ali Bin Al Hussein li għandu 39 sena .

Korruzzjoni jew le, il-FIFA titma ħafna nies fejn il-membri tal-eżekuttiv tagħha jitħallsu €275,000 fis-sena u €450 kuljum għall-ispejjeż. U jekk tkun fuq xogħol tal-FIFA jkollok it-titjiriet first class u toqgħod f'lukandi tal-5 stilel. L-assoċjazzjonijiet jibbenfikaw b'nofs miljun dollaru kull wieħed u għalhekk mhux sorpriża li ħafna minn dawn l-organizazzjonijiet speċjalment fl-Afrika, l-Asja u l-Amerka t'isfel dejjem kienu leali lejn Blatter li kkommetta ruħhom f'għajnuna finanzjarja mill-1.5 biljun ewro li l-FIFA gġħandha l-bank.

Michel Platini l-president tal-UEFA qal li jinsab diżgustat, imdejjaq u imxebba b'din is-sitwazzjoni.

 

 

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook