Il-PBS se titrasmetti bla ħlas is-semi finali u l-finali tal-FA Cup

Fi tmiem din il-ġimgħa se jintwerew diretti: Srsenal v Reading u Aston Villa v Liverpool

Il-PBS ikkonkluda trattat esklussiv mal-Football Association Ingliża biex jitrasmetti s-semi finali u l-finali tal-FA Cup Ingliża.

Nhar is-Sibt fuq TVM2 fis-6.20 p.m. se tintwera l-partita bejn Arsenal u Reading

Filwaqt li l-għada l-Ħadd  fl-4 p.m. fuq TVM2 HD tintwera t-tieni semi finali bejn Aston Villa u Liverpool.  Iż-żewġ partiti se jintlagħbu f'Wembley. Fit-30 ta' Mejju tintwera l-finali diretta minn Wembley flimkien mal-programm tradizzjonali Road to Wembley

Drittijiet oħra mirbuħa mill-PBS huma l-UEFA Champions League, il-UEFA Europa League, Il-partiti tal-kwalifikazzjoni għall-Ewropej, il-FIFA 2017 Confederations Cup u l-FIFA World Cup tal-2018
 

More in Sports