Mancini jrid lil Yaya Toure ma’ Inter

L-eks kowċ ta’ Manchester City huwa tal-fehma li Yaya Toure irid iħalli lill-klabb immexxi minn Manuel Pellegrini u saħaq li huwa jixtieq li jingaææaħ mat-plejer li huwa jmexxi, Inter. 

Mancini fiż-żmien li kien jikkowċja lil Yaya Toure ma’ Manchester City
Mancini fiż-żmien li kien jikkowċja lil Yaya Toure ma’ Manchester City

Il-plejer ta’nofs il-grund ta’ 31 sena ilu jilgħab mas-City għal ħames snin u rebaħ il-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra lura fl-2012. Mancini li ilu kowċ ta’ Inter minn Novemru li għadda u li magħhom sa issa kiseb riÿultati mħallta saħaq li Toure jippossjedi esperjenza fil-football Ewropew li ftit plejers oħra fl-Ewropa għandhom. 

Dan hekk kif huwa lagħab f’kampjonati Ewropej importanti fl-Ewropa ħlief għal dak fil-Ġermanja u l-Italja. Huwa kompla li jekk ix-xewqa ta’ Toure tkun dik li jilgħab fis-Serie A, huwa se jkun qed jagħmel minn kollox biex jakkwista s-servizzi tiegħu. Toure, li matul ix-xahar li għadda kien fundamentali biex il-Kosta tal-Ivorju jirbħu t-Tazza tan-Nazzjoniiet Afrikani, beda l-karriera tiegħu mal-klabb Belæjan Beveren waqt li lagħab ukoll f’kampjonati fl-Ukrajnja, il-Greçja u Franza qabel ingħaqad ma’ Barcelona lura fl-2007. 

Matul l-esperjenza tiegħu mal-ġganti Spanjoli huwa rebaħ il-UEFA Champions League, it-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs, il-UEFA Super Cup, żewġ titli tal-Liga Spanjola u l-Copa del Rey.

More in Sports