Everton lesti li joffru 20 miljun Ewro għal Kovacic

Kovacic jattira l-interess ta’ Everton
Kovacic jattira l-interess ta’ Everton

It-tim minn Merseyside fl-Ingilterra, Everton, lesti li joffru s-somma ta’ €20 miljun għall-plejer internazzjonali Kroat, Mateo Kovacic. 

Kien ilu jissemma’ li dan il-plejer flimkien ma’ Mauro Icardi setgħu iħallu lill-Inter. Madankollu Icardi jinsab pass ’il bogħod milli jiffirma kuntratt ġdid ma’ Inter li jwasslu sal-2019. 

Dan hekk kif id-direttur sportiv ta’ Inter Piero Ausilio li ħa post Marco Branca madwar sena ilu f’din il-kariga saħaq li lanqas jekk team joffri s-somma ta’ 40 miljun Ewro biex jakkwista lil dan il-plejer ma jħallih jitlaq. Fattur li jista’ jamplifika t-tluq ta’ Kovacic minn ma’ Inter huwa l-fatt li Inter jaf jaffrontaw problemi finanzarji fi tmiem l-istaġun. Dan hekk kif huwa ferm improbabbli li Inter jirnexxielhom jagħmluha għat-tielet post tas-Serie A biex jiksbu kwalifikazzjoni awtomatika għall-UEFA Champions League. 

Barra minn hekk tidher xi ħaġa diffiċli wkoll li Inter jirnexxielhom jirbħu l-UEFA Europa League u b’hekk jirnexxielhom jiksbu post fil-UEFA Champions League. Dan huwa minħabba l–fatt li Inter telgħu f’polza diffiċli kontra Wolfsburg li jinsabu jokkupaw it-tieni post tal-Bundesliga. Barra minn hekk anki jekk Inter jirnexxielhom jeliminaw lil Wolfsburg, hemm ċerti timijiet oħra li jafu joffru oppożizzjoni denja lit-team immexxi minn Roberto Mancini. 

More in Sports