Darmian fil-mira ta’ Real Madrid

Matteo Darmian jattira l-interess tal-ġganti Spanjoli, Real Madrid
Matteo Darmian jattira l-interess tal-ġganti Spanjoli, Real Madrid

Id-difensur internazzjonali Taljan ta’ Torino Mateo Darmian jinsab fil-mira ta’ Real Madrid. Huwa kellu Tazza tad-Dinja mill-aqwa mat-team nazzjonali Taljan matul is-sajf li għadda u kien wieħed mill-ftit affarijiet pożittivi li kkaratterizzaw lil dan it-tim nazzjonali fit-Tazza tad-Dinja diżastruża li kellhom fil-Brażil. 

Huwa wkoll qed jimpressjona bis-sħiħ ma’ Torino li qed ikollhom staġun ferm tajjeb permezz ta’ riżultati mill-aqwa fosthom ir-rebħa ta’ 3-2 barra minn darhom kontra Athletic Bilbao fil-UEFA Europa League, li kienet l-ewwel darba li tim Taljan qatt kiseb rebħa barra minn daru kontra dan it-tim Bask. 

Il-Galacticos lesti li joffru s-somma ta’ €15–il miljun biex jakkwisatw is-servizzi ta’ dan il-plejer. Fattur li jista’ jħaffef dan il-proċess huwa l-fatt li l-kowċ ta’ Real Madrid li qed jissemma’ li jista’ jieħu post Manuel Pellegrini bħala kowċ ta’ Manchester City, jaf sew lill-istess difensur. 

Dan minħabba l-fatt li kien propju hu li ta d-debutt lil Matteo Darmain fis-Serie A ma’ AC Milan fil-konfront li r-Rossoneri lagħbu ġewwa darhom fis-San Siro fid-19 ta’ Mejju tal-2007. Real Madrid huma l-aktar favoriti li jakkwistaw lil dan il-plejer, madankollu fl-isfera internazzjonali hemm PSG u Chelsea interessati fih waqt li fl-Italja hemm Napoli u Roma interessati li jakkwistaw lil dan id-difensur.

More in Sports