Atetico Madrid iridu lil Cavani

Possibiltà li Cavani jingħaqad ma’ Atletico Madrid matul is-sajf li ġej
Possibiltà li Cavani jingħaqad ma’ Atletico Madrid matul is-sajf li ġej

Kollox qed jindika li  Edinson Cavani iktar magħruf bħala El Matador se jkun qed iħalli lil Atletico Madrod matul is-sajf li ġej. Fost it-timijiet li qed jissemmew li jista’ jingħaqad magħhom hemm Atetico Madrid hekk kif dawn jistgħu jitilfu lill-player internazzjonali Kroat Mario Mandzukic. 

Barra minn hekk, Atletico jistgħu jitilfu wkoll lil Arda Turan. PSG iħallsu lil Edinson Cavani xejn inqas minn 64 miljun Ewro u għalhekk biex jiffinanzjaw lil dan il-plejer, bilfors li l-Ispanjoli iridu jbigħu xi plejers mill-formazzjoni tagħhom. 

Qed jissemma’ li Juventus ukoll huma interessati, iżda l-Ispanjoli mmexxija minn Diego Pablo Siemone li diġà għamel kuntatt personali mal-plejer, jidhru favoriti li jakkwistaw lill-attakkant prolifiku Urugwajan matul is-sajf li ġej. Atetico Madrid ġew imsaħħa b’mod sostanzjali meta ftit taż-żmien ilu l-biljunarju, Wang Jianlin, li għandu saħħa finanzjarja tremenda,  xtara sehem tal-Ispanjoli. 

More in Sports