Ira Losco f'kunċert il-Belt għall-karità

Mistiedna speċjali Javier Zanetti u Irene Fargo

Is-Sibt 28 ta' Marzu, fit-8:30pm, se jkun qed jittella' kunċert b'risq il-fondazzjoni PUPI bil-parteċipazzjoni tal-kantanta Ira Losco, ġewwa Pjazza Teatru Rjal, il-Belt Valletta. Il-plejer leġġendarju Javier Zanetti flimkien ma' Irene Fargo se jkunu il-mistiedna speċjali għal dan l-avveniment.

Dan l-avveniment qed jittella' b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta kif ukoll Inter Club Pupi Zanetti Malta.

Il-biljetti se jibdew jinbiegħu minn nhar it-Tlieta, 10 ta' Marzu mis-sit ticketline.com.mt jew mill-Kunsill Lokali tal-Belt.

More in Sports