Jista' jkun li Alonso ħassu ħażin qabel ħabat mal-ħajt

Alonso jinsab rikoverat l-isptar ta' Barcelona wara inċident li kellu fir-raba' ġurnata ta' testijiet fiċ-ċirkwit tal-Katalunja

Is-sewwieq Spanjol tal-McLaren Fernando Alonso spiċċa barra mill-pista fir-raba dawra u baqa dieħel ġo ħajt. Skont l-ewwel informazzjoni Alonso kien f'sensih u lit-tobba kellimhom mill-ewwel. 

Hemm ipotesi li hu ħassu ħażin qabel daħal fil-ħajt speċjalment li hu deher jagħmel mossi strambi bil-karrozza. Iżda l-fatt li hemm min innota li hu nqqas il-veloċita qabel ħabat fil-ħajt juri li kien f'sessih qabel l-inċident. 

Alonso kien fir-raba ġurnata ta' testijiet tal-karrozza qabel il-bidu tal-istaġun tal-F1 u dan ġara wara sagħtejn ta' ġiri u wara 20 dawra fejn ħabat fir-raba liwja. Hu ttieħed bl-ambulanza sal-helicopter li ħadu immedjatament l-isptar fejn jidher li m'hemm xejn gravi u jinsab tajjeb iżda qed jinżamm għall-aktar testijiet. Hu qed jitkellem u f'sessih. Mad-daqqa baqa fil-karrozza meta għġamel xi 10 minuti stordut bl-impatt qawwi. 

Sebastian Vettel is-sewwieq tal-Ferrari  li raha l-inċident qal li Alonso ma kienx għaddej b'veloċita kbira, "iżda għamel manuvra stramba u telaq lejn il-lemin dritt għal ġol ħajt." 

More in Sports