Erba' sakranazzi ħarbtu Ruma, aħseb u ara li kienu l-ISIS - Grillo

L-Olandiżi jridu jħallsu għad-danni li kkawżaw

Beppe Grillo ppubblika blog bir-ritratti tal-pulizija feruti lbieraħ fi Piazza di Spagna fil-ġlied li kien hemm kontra l-partitarji Olandiżi ta' Feyenoord. Ippubblika ritratti li ntbagħtulu minn pulizija stess feruti mit-tfiegħ ta' sufarelli mill-Olandiżi.

"Issa rajtu x'ġara f'Ruma" qal Beppe Grillo, "meta rajt dawn ir-ritratti spiċċajt bla kliem. Issa l-Olandiżi jridu jħallsu tad-danni li għamlu."

Fil-blogg tiegħu qal li grupp ta' hooligans Olandiżi fis-sakra għamlu ħerba minn Ruma. Staqsa wkoll lis-sindku min se jħallas għad-danni li saru fuq il-funtana 'della barcaccia' ta' Piazza di Spagna. Staqsa wkoll min se jħallas għall-intervent straordinarju tal-pulizija, "Min se jħallas għad-danni li saru fuq il-poplu Ruman u fuq il-pulizija Rumana? Alfano li ma kienx jaf kif jikkontrolla sitwazzjoni bħal din? Is-sindku? Il-clubs ta' Ruma u Feyenoord? Olandiżi tridu tħallsu tad-danni kollha. Min hu responsabbli għas-sigurtà ta' Ruma? Li kieku ġew l-ISIS flok erba' sakranazzi kemm kienet iddum biex iċċedi Ruma?" temm jgħid Beppe Grillo.

 

More in Sports