[FILMAT] Supporters ta' Chelsea f'azzjoni razzista

Supporters ta Chelsea li kienu Parġi ma ħallewx raġel ta' ġilda sewda jitla' fuq it-tren

Supporters ta' Chelsea jimbuttaw lir-raġel
Supporters ta' Chelsea jimbuttaw lir-raġel

Fuq l-internet, qed jiċċirkola filmat ta' xi supporters tat-tim ta' Chelsea li kienu f' Pariġi biex jaraw il-logħba mil-kompetizzjoni taċ-Champions League. Dawn is-supporters kienu fuq it-tren tal-Metro fi triqithom lejn il-logħba kontra l-Paris-Saint-Germain.

Hemmhekk, dawn is-supporters ma ħallews raġel ta' ġilda sewda jitla' fuq it-tren u hekk kif jipprova jitla', dawn jerġgħu jimbuttawh lura. Dan ġara filwaqt li bdew ikantaw kliem bħal: "We’re racist, we’re racist and that’s the way we like it."

Min-naħa tagħhom, it-tim ta' Chelsea, ikkundannaw dawn l-azzjonijiet u qalu li dawn l-azzjonijiet m'għandhomx posthom fil-futbol. 

Dwar dan il-każ, kemm il-President tal FIFA, Sep Blatter, kif ukoll il-UEFA, kkundannaw dan l-attakk.

More in Sports