Wieħed mill-aqwa ġerrejja taż-żwiemel sospiż għax ta xokk elettriku liż-żiemel biex rebaħ

Hu rebaħ il-premju ta' €40,000 u issa hu imfittex mill-pulizija

dan hu d-'device' li bħalu uża Chapa
dan hu d-'device' li bħalu uża Chapa

Wieħed mill-aqwa ġerrejja (jockeys) fl-Amerka Roman Chapa ta' 43 sena ġie sospiż milli jitellaq wara li allegatament inqabad juża 'shock device' biex jirbaħ tiġrija. 

Il-ġerrej veteran inqabad f'ritratt b'dak li uffiċċjali qed jgħidu li hu 'device' illegali li bih tagħti xokk elettriku liż-żiemel biex jkun aktar 'fast'. Dan għamlu kif kien qrib il-'finishing line'. 

Il-ġerrej kien jinsab fil-ħames post fis Sam Houston Race Park fis-17 ta' Jannar, meta ż-żiemel tiegħu 'Quiet Acceleration', spara fuq quddiem u rebaħ b'nofs tul. 

Iżda l-fotografu qabad lil Chapa juża dan ix-xokk biex rebaħ tiġrija ta' €40,000 meta hu kien meta hu kien meqjus bħala 10-1. Jinsab imfittex mill-pulizija iżda s'issa ma nstabx.

 

More in Sports