Persuna kull sekonda qed tiffirma petizzjoni biex Ched Evans ma jiġix ingaġġat ma' Oldham

Il-petizzjoni tgħid "Aħna nemmnu li għandu dritt li jaħdem. Iżda jrid ikun fi rwol li ma jinfluwenzax lil ħaddieħor fuq il-vjolenza sesswali u l-preżenza tiegħu fuq il-pitch ikun qed jagħmel hekk."

Il-kontroversja ta' Evans kompliet għaddejja anke fl-Ingilterra issa meta infetħet petizzjoni biex in-nies juru li ma jridux li r-'rapist' jingħaqad mat-team tagħhom. Sal-ewwel nofs siegħa li fetħet il-petizzjoni kien hemm l-akbar ammont ta' firem li qatt kien hemm f'petizzjonijiet oħra. fejn bdew jiġu firmati petizzjonijiet, waħda kull sekonda. Il-petizzjoni hi indirizzata lil Simon Corney iċ-ċerman ta' Oldham Athletic, team mill-Ewwel Diviżjoni Ingliża.

Bdiet minn Jean Hatchet, l-istess mara li kienet bndiet petizzjoni oħra meta kien se jerġa jingħaqad ma' Sheffield Utd u ġiet mhedda li issa hi kienet se tiġi stuprata. 

Minn meta ħareġ mill-ħabs Evans lanqas tħalla jittenja ma' Sheffield. 

 

 

 

 

More in Sports