Arsenal jagħmlu ħerba min-Newcastle: Arsenal 4 Newcastle 1

Rebħa tajba fl-Emirates Stadium għal Arsenal fuq team li kellu l-istess punti

Arsenal b'partita li ddominaw tul id-90 minuta ħlief għal ftit ħin fejn Newcastle dehru li bdew jikkontrollawhom rebħu partita mportanti biex telgħu fis-sitt post b'rebħa fuq team li kellu l-istess punteġġ bħalhom.

Għal Arsenal kellhom partita tajba ħafna Giroud, Cazorla li skurjaw doppjetta kull wieħed u anke Sanchiz u Wellbeck għamlu ħafna xogħol.

Arsenal daħlu jistrieħu b'goal vataġġ b'goal tal-franċiż Giroud wara kwarta logħob u għat-0tieni taqsima marru 3-0 minn fuq b'goal ieħor ta' Giroud u ieħor ta' cazorla. 

Ayoze reġa daħħal lil newcastle fil-partita iżda mill-penalty spot Cazorla għamilhom erba b'dak li t-Taljani jsejhulu cucchiaio bli skor finali ikun 4-1 favur it-team ta' londra.

 

More in Sports