“Jekk Shaqiri jrid jitlaq, jista’”

Beckenbauer ta permess lill-attakkant Svizzeru Xherdan Shaqiri biex iħalli lill-ġganti Ġermaniżi f’Jannar li ġej

Il-president onorarju ta’ Bayern Munich Franz Beckenbauer ta permess lill-attakkant Svizzeru Xherdan Shaqiri biex iħalli lill-ġganti Ġermaniżi f’Jannar li ġej. Dan hekk kif jidher li Shaqiri xejn ma jixtieq jibqa’ ma’ Bayern u dan minħabba li ma tantx ikun inkluż fl-iskwadra mill-coach Pep Guardiola. U b’hekk Beckenbauer saħaq li min mhux kuntent fil-club jista’ jagħżel b’mod liberu li jfittex avventura ġdida fil-karriera tiegħu.

U jidher li l-ikbar interess fil-plejer internazzjonali Svizzeru ġej min-naħa tat- timijiet Taljani fosthom Juventus li madankollu jidher li huma iktar interessati li jakkwistaw lill-plejer internazzjonali Kroat, Andrej Kramaric. 

Timijiet oħra Taljani li tefgħu ħarsithom fuq Shaqiri huma Inter, Roma u Napoli anki jekk f’dawn l-aħħar sigħat il-Partenopei kabbru l-pressjoni biex jakkwistaw lill-plejer Gabbiadini biex b’hekk isaħħu iktar id-dipartiment tal-attakk. Ukoll jistgħu jidħlu fix-xena AC Milan, hekk kif wara li kollox qed jindika li Giampaolo Pazzini jista’ jħalli lil AC Milan, huma jinsabu fit-tfittxija ta’ attakkant denju biex jeħodlu postu. U dan għalkemm Pazzini ftit li xejn qed ikun inkluż mill-coach Filippo Inzaghi matul dan l-istaġun.

More in Sports