Sneijder fil-mira ta’ Juventus u AC Milan

Rebaħ kulma għandu x’joffri l-futbol Taljan. Iżda din id-darba huwa mhux mistenni jilgħab man-Neroazzurri iżda mar-rivali tagħhom AC Milan jew Juventus

Wesley Sneijder iħares lejn il-futur tiegħu li jista’ jkun fl-Italja ma’ AC Milan jew ma’ Juventus
Wesley Sneijder iħares lejn il-futur tiegħu li jista’ jkun fl-Italja ma’ AC Milan jew ma’ Juventus

Kollox qed jindika li l-plejer formidabbli Olandiż, Wesley Sneijder jista’ jħalli lil Galatasaray li huma mmexxija mill-eks kowċ tat-tim nazzjonali Taljan Cesare Prandelli biex jirritorna fl-Italja fejn hemmhekk niftakruh jilgħab ma’ Inter fejn taħt il-gwida ta’ Mourinho rebaħ kulma għandu x’joffri l-futbol Taljan. Iżda din id-darba huwa mhux mistenni jilgħab man-Neroazzurri iżda mar-rivali tagħhom AC Milan jew Juventus. 

U dan fil-futur qrid b’rapporti jindikaw li jista’ jkun li huwa jagħmel dan saħansitra f’Jannar li ġej. Jidher li Sneijder ilu ma jirċievi s-salarju dovut lilu minħabba tal-klabb Tork għal diversi xhur - xi ħaġa li qed tirrabbja lil Sneijder. Barra minn hekk jidher li l-mara tal-plejer Olandiż Yolanthe xejn ma togħġobha l-ħajja fit-Turkija u tippreferi iktar l-istil ta’ ħajja Taljan speċjalment dik ta’ Milan fejn kienet tgħix meta Sneijder kien jilbes bil-flokk blu u iswed ta’ Inter.

AC Milan jistgħu japprofittaw bis-sħiħ mill-akkwist ta’ Sneijder minħabba li jridu jsaħħu iktar nofs il-grawnd, waqt li Juventus jixtiequ plejer veteran u ta’ esperjenza bħal mhu Sneijder biex ikomplu javvanzaw fil-UEFA Champions League kif inhi x-xewqa ta’ bosta partitarji Juventini. 

Galatasaray xejn m’huma għaddejja minn fażi tajba bħalissa fil-Kampjonat Tork u fil-fatt il-kowċ Taljan Cesare Prandelli tilef postu mit-tmun ta’ dan it-tim wara biss ftit xhur li ħa t-tmexxija ta’ dan it-tim wara t-Tazza tad-Dinja diżastruża tat-tim nazzjonali Taljan. 

More in Sports