Supporter ta' 34 sena maqtul f'Madrid u 13 oħra feruti

Tefgħuh fix-xmara 

Il-partitarju ta' Deportivo La Coruna ta' 34 sena  miet wara li ġie rikoverat l-isptar f'kundizzjoni kritika. Dan il-partitarju wara li ngħata xebgħa tajba f'rasu, tefgħuh fix-xmara u malli ttella' mix-xmara mill-pulizija biex jittieħed l-isptar tah attakk f'qalbu u miet ftit wara. Dan kollu ġħara fi ġlied li nqala qabel il-partita bejn Atletico Madrid u Deportivo fil-belt kapitali Spanjola fejn hemm 13-il partitarju oħra feruti.

Skont il-midja Spanjola  Francisco Romero Taboada, inqabad fil-ġlied bejn il-partitarji taż-żewġ naħat .

Sadattant iż-żewġ tims niżlu xorta waħda fil-ground, lagħbu l-partita li ntrebħet minn Atletico Madrid bi skor ta' 2-0


 

More in Sports