[FILMAT] Il-Kroati rrepetew fl-Italja dak li għamlu Malta 9 snin ilu

Kien eżatt 9 snin ilu fl-4 ta' Novembru 2005 meta l-Kroati attakkaw lil pulizija u lil VIP Maltija fil-ground

Italja v Kroazja
Italja v Kroazja

Eżatt 9 snin ilu, fl-4 ta' Novembru 2005 malta kienet skurjat il-goal tad-draw kontra l-Kroati u l-partitarji tagħhom bdew jkissru s-seats u jitfgħuhom lejn il-VIP, filwaqt li kienu attakkaw xi erba' pulizija li kienu fin-naħa tagħhom. Kienet bdiet battalja sħiħa bil_maltin iwieġbu għal provokazzjoni ftit wara kienu ġew pulizija armati li arrestaw diversi partitarji Kroati u anke spiċċaw il-qorti.

Il-bieraħ fl-istes sgrupp li hemm Malta jilagħbu fih il-Kroati għamlu l-istess f'MIlan l-Italja, meta bdew jitfgħu murtali u bomnbi tad-duħħan ikkulurit fil-pitch. Il-partita ġiet sospiċa għal kwarta sħiħa, filwaqt li l-pulizija arrestat 15-il partitarju Kroat. Dawn il-partitarji kellhom speċi ta' pistoli li jisparaw dawn il-bombi u dan juri li s-sigurta fil-ground xejn ma kienet tajba meta l-partitarji daħħlu magħhom, bombi u armi li jisparawhom bihom.

Wara l-partita kien hemm ħlied barra l-ground bejn il-partitarji Kroati u l-pulizija Taljani bil-Kroati jattakkaw lil pulizija b'dak kollu li sabu għal idejhom.. Fejn issa hu mistenni li l-Kroazja jkollhom jiffaċċjaw sanzjonijiet mill-UEFA. Dawn l-inċidenti fakkru lit-Taljani f'dak il-lejl f'Ġenova tat-13 ta Ottubru 2010 meta l-partita ma ntlagħbitx wara l-inkwiet li qalgħu s-Serbi fil-ground.

Il-kowċ tal-Kroati għamel skuża pubblika lit-Taljani fuq dak li wettqu fil-ground u barra l-ground il-konnazzjonali tiegħi fejn ukoll diversi familji ħarbu mill-ground. Għalkemm mistenni sanzjonijiet mill-UEFA, ir-riżultat żgur li mhux se jintmess għax il-partita ntlagħbet kollha, mertu wkoll tar-refere Żvediż li kien paċenzjus jistenna li jikkalma kollox fil-pitch. Il-Kroazja huma riċedivi.

Sadattant il-Kap tal-partitarji Kroati, Zoran Cvrk qal li dawk ma kinux il-partitarji Kroati. Kien hemm 10,000 Kroat fil-ground u dawk li qalgħu l-inkwiet kienu 300 'bad blu boys zagreb'. Interessanti l-fatt li malta jmissha tilgħab kontra l-Kroazja f'RTa Qali li se tkun l-aħħar partita tal-Grupp f'Ottubru tas-sena d-dieħla.

More in Sports