It-tifel ta' Beckham irreġistra ma' Arsenal

It-tliet ulied ta' David Beckham kollha jilagħbu fil-youth teams ta' Arsenal

Brooklyn Beckham iffirma ma' Arsenal
Brooklyn Beckham iffirma ma' Arsenal
david Beckham flimkien mat-tliet uliedu, Brooklyn (15), Romeo (12)u Cruz (9)
david Beckham flimkien mat-tliet uliedu, Brooklyn (15), Romeo (12)u Cruz (9)

Għalkemm l-istorja kalċistika ta' David Beckham tibbaża fuq Old Trafford, David dejjem żamm ħbiberija ma' Arsene Wenger, il-manager ta' Arsenal. Wenger hu impressjonat bil-potenzjal ta' Brooklyn, iben David u dan għen biex dan iż-żagħżugħ jingħaqad ma' Arsenal sa tmiem l-istaġun. Arsenal huma msemmijin bħala tim li jagħti ċans plejers żgħażagħ. F'Jannar tal-2013 Brooklyn kien ipprova ma' Chelsea wkoll. Iż-żagħżugħ ta' 15-il sena impressjona waqt it-taħriġ u billi hu jappoġġja lil Arsenal iffirma magħhom. Hemm pjani li s-sena d-dieħla jiffirma kuntratt aktar twil.

Qabel iffirma ma' Arsenal kien hemm għidut li jista' jingħaqad ma' Manchester inkella ma' Chelsea fejn għamel trial magħhom f'Jannar tal-2013. Ħuħ Romeo ta' 12-il sena qed jilgħab mal-Arsenal ta' taħt it-13-il sena filwaqt li Cruz li għandu disa' snin jilgħab mal-U/10's ta' Arsenal

More in Sports