Filmat ta' Franċiż li jilħaq il-333 km fis-siegħa b'rota/mutur

Dan il-Franċiż qal li ħass rasu trid tinqala minn postha bli speed li kien għaddej bih

Francois Gissy ħoloq rekord dinji meta fin-naħa t'isfel ta' Franza laħaq il-veloċita massima ta' 333 km fis-siegħa b'rota mutur megħjun minn rocket.

François Gissy iddeċieda li jpoġġi rocket fuq wara tar-rota tiegħu u laħaq dan l-ispeed fiċ-ċirkwit ta' paul Ricard f'Le Castellet.

Issa qed joħlom li jagħmel roxket aktar qawwi biex jilħaq l-ispeed ta' 400 km fis-siegħa f'inqas minn żewġ sekondi.

Din ir-rota faċilment tħalli Ferrari warajha fil-ħruġ. Meta ddiskriva x'ħass meta kien għaddej b'dak l-ispeed, Francois qal, "Illum nista nifhem għaliex ir-riħ bi speed qawwi iħalli daqshekk ħsara warajh. Inħossni fortunat li rasi għadha fuq għonqi għax ħassejtha se tinqalali bir-riħ qawwi li ħassejt.

More in Sports