Banner fil-grawnd tal-Juventus dwar il-mibki Joe Pellegrini

Partitarji Juventini ta' Malta, iddeċidew li fil-Juventus Stadium jagħmlu banner biex iqimu lis-sostenitur numru wieħed tal-Juventus f'Malta

Strixxun li jagħti ġieħ lil Joe Pellegrini fli stadium tal-Juventus
Strixxun li jagħti ġieħ lil Joe Pellegrini fli stadium tal-Juventus

Waqt il-partita bejn Juve u Parma li Juventus rebħu 7-0, tfaċċat banner impoġġija mill-Juventini Maltin li jinsabu Turin isegwu din ir-rebħa kbira Juventina.

Dan il-banner jagħti ġieħ u qima lill-partitarju numru wieħed ta' Juventus f"Malta Joe Pellegrini li ħalla din l-art ftit ġimgħat ilu bil-marda qerrieda tal-kanċer.

Meta kien hawn l-Italja jilagħbu kontra Malta, Conte l-kowċ tal-Italja u eks Juventus, sellem lil Pellegrini eżatt ftit sigħat qabel miet.

Ir-ritratt ġie meħud mill-eks segretarju parlamentari Franco Mercieca deputat Parlamentari Laburista li hu partitarju Juventin u jinsab fil-grawnd bħalissa.

More in Sports