Intervista Lokali Barranin

Adriano jista jeħel sa 25 sena ħabs fuq traffikar tad-droga

Adriano li kien mistenni jirritorna jilgħab fl-Ewropa fi Franza ma Le Havre  jista jagħlaq il-karriera tiegħu l-ħabs

John Busuttil / 5 ta' Novembru 2014 12:35
Adriano li rebaħ diversi unuri ma' Inter u Roma illum akkużat bi traffikar tad-droga
Adriano, ex player ta' Inter u Roma li għandu 32 sena kien mistenni jirritorna jilgħab fl-Ewropa mat-team Franċiż ta' Le Havre, iżda jidher li l-karriera tiegħu se tieqaf hawn għax anke nżammlu l-passaport biex iweieġb għal dak li qed jidher l-parteċipazzjoni tiegħu fit-traffikkar tad-droga.

L-hekk imsejjaħ l-Imperatur tal-Football qed jiġi akkużat mill-ministeru pubbliku tal-Istat u qed jissogra li jeħel bejn 15 u 25 sena ħabs.

Adriano kemm il-darba spiċċa fil-gwaj mal-pulizija, iżda fuq li jsuq xurban inkella f'xi ġlieda f'diskoteka, din id-darba l-akkuża hi ħafna aktar gravi u żgur li ma tintesiex bi 'skużani', tbissima u ejja ħa mmorru. Għax l-akkużi tal-ex player Internazzjonali Brażiljan li lagħab ma' Inter, Roma, Parma u Fiorentina fl-Italja huma gravi ħafna.

Hu qed jiġi akkużat ukoll li għandu ħbiberija kbira mad-'drug lord' Brażiljan fejn Sadriano kellu mutur li tah lil traffikant tad-droga wara li kien intuża f'attivita kriminali. Il-pulizija Brażiljana qalu li Adriano xtara mutur fl-2008 li kien reġistrat f'isem omm it-traffikant kbir tad-droga, Paulo Rogerio de Souza Paz, magħruf bħala Mica. Il-mutur kien jintuża biex imexxu d-droga fil-fevelas li kienet ikkontrollata mill-Kmandant l-aħmar.

Il-prosekuturi għadhom ma arrestawhx iżda talbu bie xikollu l-passaport sekwestrat.

 

 

 

 

 

John Busuttil attenda is-Seminarju tal-Arċisqof fil-livell sekondarju. Fl-1978 attenda għal kors tal-Method Study organizzat mill-Malta Institute of Management u ġie ċċertifikat fil-Method Time Study. Fl-1987 attenda b’suċċess għal kors fil-Middle Management organizzat mid-dipartiment tal-Management studies fl-Universita ta’ Malta. Għal erba snin sħaħ, 1994, 2000, 2001 u 2004 kien finalist tal-ġurnalist tas-sena fil-BPC awards u fl-2004 ingħata dan l-unur għal 'significant contribution to Professional Journalism' Producer & Presenter ta' diversi programmi fuq NET TV, SMASH TV, PBS u ONE TV. Ipproduċa u ppreżenta programmi radjufoniċi dwar Vjaġġar u Sport u pparteċipa f'diversi programmi televiżivi u radjufoniċi dwar suġġetti varjati. Għal 43 sena ħadem mal-Media Link. U bħalissa jaħdem mal-MediaToday.
Stħarriġ
Segwina fuq Facebook