Inter ġejjin Malta għal training camp

Skont mediaset irrapurtaw li Inter se jiġu għal training camp Malta u se jilagħbu kontra t-team Nazzjonali Malti 

Inter jiċċelebraw it-18 r-rebħ tal-kampjonat Taljan
Inter jiċċelebraw it-18 r-rebħ tal-kampjonat Taljan

Il-perjodu eżatt għad irid jiġi deċiż iżda fil-vaganzi tal-Milied waqt il-waqfa tax-xitwa fil-Kampjonat Taljan, l_Inter pprogrammaw li jqattgħu ġimgħa Malta. Għad baqa xi dettalji iżda kollox hu miftiehem meta uffiċċjali mill-Federazzjoni maltija iltaqgħu f'Milan mal-president ta' Inter, Thohir u l-viċi president Zanetti.

Dan se jsir wara li l-istaġun li għadda eżatt wara l-waqfa tal-Milied Inter marru l-baħar u din id-darba ddeċidew li jagħmlu dan it-training camp ħalli jkunu preparati għas-sena 2015. Fi tmiem din il-ġimgħa Inter mistennija jilagħbu partita ta' ħbiberija kontra t-team Nazzjonali Malti.

 

More in Sports