Sergio Aguero jiskorja erbgħa u jfalli penalty fir-rebħa ta’ Manchester City

Manchester City ġewwa darhom fl-Etihad Stadium għelbu lil Tottenham Hotspur bl-iskor ta’ 4-1

Manchester City ġewwa darhom fl-Etihad Stadium għelbu lil Tottenham Hotspur bl-iskor ta’ 4-1 bil-gowls għalihom jaslu kollha minn Sergio Aguero fejn tajjeb ngħidu li l-istess plejer Arġentin falla penalty fit-32 minuta. Min-naħa l-oħra l-gowl għall-iSpurs wasal mid-Daniż Christian Eriksen wara kwarta logħob. 

Arsenal ġewwa darhom ġew miżmuma b’parità ta’ 2-2 minn Hull City bil-gowls għal Gunners jaslu minn Alexis Sanchez u Danny Wellbeck waqt li ż-żewġ gowls għal Hull City waslu minn Mohamed Diame u Abel Hernandez. Chelsea barra minn darhom għelbu lil Crystal Palace bl-iskor ta’ 2-1 bil-gowls għalihom jaslu minn Oscar u Cesc Fabregas waqt li l-gowl waħdieni għal Palace wasal minn Fraizer Campbell fid-90 minuta. Everton ġewwa darhom għelbu lil Aston Villa bl-iskor ta’ 3-0. Irnexxielhom isibu x-xibka għalihom il-plejers Jagielka, Lukaku u Coleman.

West Ham United barra minn darhom kisbu 3 punti prezzjużi meta għelbu lil Burnley bl-iskor ta’ 3-1 bil-gowls għalihom jaslu minn Sakho, Valencia u Cole waqt li l-gowl uniku għal Burnley fil-logħba wasal minn George Boyd. F’logħba oħra Southampton ġewwa darhom umiljaw lil Sunderland meta rebħulhom bl-iskor kbir ta’ 8-0 bil-gowls għalihom jaslu minn awtogowl ta’ Vergini, dopjetta tat-Taljan Pelle, awto-gowl ieħor minn Bridcutt,  u gowls oħra minn Jack Cork, Tadic, Wanyama u Mane. 

Newcastle United ġewwa darhom f’St James Park għelbu l-isfida ta’ Leicester City meta għelbuhom bl-iskor minimu ta’ 1-0 bil-gowl waħdieni tagħhom fil-logħba jasal minn Gabriel Obertan fil-71 minuta.

More in Sports