Manchester City xxukkjati minn Stoke City fl-Etihad Stadium

Manchester City 0 - 1 Stoke City

Mame Biram Diouf jiċċelebra ma’ sħabu wara li skorja l-gowl uniku fir-rebħa storika ta’ 1-0 ta’ Stoke City fuq Manchester City ilbieraħ
Mame Biram Diouf jiċċelebra ma’ sħabu wara li skorja l-gowl uniku fir-rebħa storika ta’ 1-0 ta’ Stoke City fuq Manchester City ilbieraħ

Manchester City ġew ixxukkjati minn Stoke City fl-Etihad Stadium meta tilfu bl-iscore minimu ta’ 1-0 bil-gowl għal Stoke City jasal minn Mame Biram Diouf fit-58 minuta wara indeċiżjoni tal-goalkeeper Joe Hart hekk kif il-ballun għadda propju minn taħt saqajn il-goalkeeper internazzjonali Ingliż. Tajjeb ngħidu li din kienet l-ewwel rebħa għal Stoke City barra minn darhom kontra Manchester City sa mill-1980 u t-tieni telfa li qatt ġarrab il-kowċ ta’ Manchester City Manuel Pellegrini sa minn meta dan ħa l-kontroll tat-tim. 

F’logħba li offriet spettaklu kbir u xita ta’ gowls, Chelsea barra minn darhom f’Goodison Park għelbu lil Everton bl-iskor ta’ 6-3 bil-gowls għalihom jaslu minn Diego Costa u Ivanovic kmieni fl-ewwel taqsima, fl-ewwel tliet minuti tal-logħba, waqt li t-tielet gowl għalihom wasal minn awto-gowl, tal-plejer ta’ Everton Seamus Coleman fis-67 minuta. 

Huma skorjaw ir-raba’ gowl fil-logħba biex issiġillaw ir-rebħa fl-74 minuta permez ta’ Nemanja Matic li kien qed jiskorja l-ewwel gowl fil-karriera tiegħu għall-Blues. Everton naqsu l-marġni tal-iskor eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima fil-45 minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras b’saħħitha ta’ Kevin Mirallas kif ukoll fid-69 minuta permezz ta’ Kevin Naismith. Barra minn hekk Samuel Eto’o skorja l-ewwel gowl tiegħu ma’ Everton propju kontra l-eks tim tiegħu Chelsea fis-76 minuta. Iżda l-istorja kienet għadha ma ntemmetx hawn, hekk kif Chelsea għamlu l-iskor 5-3 favurihom permezz ta’ Oscar Ramires fis-77 minuta. Kien fadal gowl ieħor għat-tim immexxi minn Mourinho fid-90 minuta permezz ta’ Diego Costa biex b’hekk irreġistra doppjetta personali. 

Manchester United reġgħu ddiżappuntaw bil-kbir meta barra minn darhom għal darb’oħra naqsu milli jiksbu t-tliet punti meta sfaw miżmuma f’parità ta’ mingħajr gowls mit-tim ferm inferjuri u li għadu tiela’ miċ-Championship, Burnley. B’hekk issa huma għandhom biss żewġ punti minn tliet logħbiet. Fil-konfront bejn Newcastle United u Crystal Palace li ntlagħab f’St James Park rajna xejn inqas minn sitt gowls hekk kif dan il-konfront intemm f’parità ta’ 3-3. Il-gowls għall-Magpies waslu minn Janmmat, Aarons u Williamson waqt li t-tliet gowls għal Crystal Palace waslu minn Gayle, Puncheon u Zaha. 

Swansea City ġewwa darhom għelbu lil West Bromwich Albion bl-iskor ta’ 3-0 bil-gowls għalihom jaslu minn doppjetta ta’ Dyer u gowl uniku ta’ Routledge. West Ham United ġewwa darhom tilfu bl-iskor ta’ 3-1 kontra Southampton bil-gowls għal Southampton jaslu minn doppjetta ta’ Schneiderlin u gowl uniku ta’ Graziano Pelle. Min-naħa l-oħra kienu propju West Ham United li fetħu l-iskor permezz ta’ Mark Noble fis-27 minuta. Queens Park Rangers ġewwa darhom għelbu lil Sunderland bl-iskor mimu ta’ 1-0 bil-gowl uniku għalihom fil-logħba jasal minn Charlie Austin fil-45 minuta. 

Intant hekk kif ilbieraħ beda l-Kampjonat tas-Serie A fl-Italja, Juventus barra minn darhom għelbu lil Chievo Verona bl-iskor minimu ta’ 1-0 bil-gowl waħdieni tagħhom jasal minn awto-gowl tal-plejer ta’ Chievo Verona Francesco Bardi li xellef għal ġewwa daqqa ta’ ras tal-plejer Urugwajan ta’ Juventus Caceres wara biss sitt minuti logħob. Tajjeb ngħidu li Juventus kellhom bosta okkażjonijiet oħra li jkabbru l-marġni tal-iskor iżda naqsu milli jagħmlu dan minħabba li kienu sfortunati hekk kif numru ta’ tentattivi tagħhom speċjalment fl-ewwel taqsima stampaw mal-lasta kemm dik wieqfa kif ukoll il-mimduda.

Riżultati

Riżultati Kampjonat Barclays Premier

Is-Sibt 30 ta’ Awwissu

Burnley vs Manchester U.    0-0

Manchester C. vs Stoke C.    0-0

Newcastle U. vs Crystal P.    1-1

QPR vs Sunderland    1-0

Swansea C. vs WBA    3-0

West Ham U. vs Southampton    1-3

Everton vs Chelsea    3-6

Fixtures Kampjonat Barclays Premier

Il-Ħadd 31 ta’ Awwissu

14:30 Aston V. vs Hull C.

14:30 Tottenham H. vs Liverpool

17:00 Leicester C. vs Arsenal

Riżultat Kampjonat Serie A TIM

Is-Sibt 30 ta’ Awwissu

Chievo V. vs Juventus    0-1

Fixtures Kampjonat Serie A TIM

Il-Ħadd 31 ta’ Awwissu

18:00 AC Milan vs Lazio

18:00 Atalanta vs Hellas Verona

20:45 Cesena vs Parma

20:45 Genoa vs Napoli

20:45 Palermo vs Sampdoria

20:45 Sassuolo vs Cagliari

20:45 Torino vs Inter

20:45 Udinese vs Empoli

More in Sports