Rosberg jegħleb lil Hamilton u jikseb ir-raba’ pole fil-Belġju

Rosberg fl-azzjoni fiċ-ċirkwit ta’ Spa fil-Belġju
Rosberg fl-azzjoni fiċ-ċirkwit ta’ Spa fil-Belġju

Is-sewwieq li jinsab fil-quċċata tal-klassifika tal-F1 Nico Rosberg għeleb lil sieħbu Lewis Hamilton fuq Mercedes fiċ-ċirkwit ta’ Spa-Francorchamps biex kiseb ir-raba’ pole konsekuttiva. 

F’kundizzjonijiet klimatiċi xejn tajbin minħabba x-xita s-sewwieq Ġermaniż kiseb ħin ta’ kważi kwart ta’ sekonda aħjar minn Hamilton bis-sewwieq tar-Red Bull Sebastien Vettel itemm fit-tielet post b’iktar minn żewġ sekondi distakk minn Rosberg. 

Is-sewwieq ta’ Ferrari Fernando Alonso temm fir-raba’ post waqt li s-sewwieq l-ieħor tar-Red Bull Daniel Ricciardo spiċċa fil-ħames post. Intant, dawn huma l-postijiet li minnhom se jkunu qed jibdew is-sewwieqa llum fiċ-ċirkwit ta’ Spa fil-Belġju:

1. Nico Rosberg (Mercedes)

2. Lewis Hamilton (Mercedes)

3. Sebastian Vettel (Red Bull Racing-Renault)

4. Fernando Alonso (Ferrari)

5. Daniel Ricciardo (Red Bull Racing-Renault)

6. Valtteri Bottas (Williams-Mercedes)

7. Kevin Magnussen (McLaren-Mercedes)

8. Kimi Räikkönen (Ferrari)

9. Felipe Massa (Williams-Mercedes)

10. Jenson Button (McLaren-Mercedes)

11. Daniil Kvyat (STR-Renault)

12. Jean-Eric Vergne (STR-Renault)

13. Sergio Perez (Force India-Mercedes)

14. Adrian Sutil (Sauber-Ferrari)

15. Romain Grosjean (Lotus-Renault)

16. Jules Bianchi (Marussia-Ferrari)

17. Pastor Maldonado (Lotus-Renault)

18. Nico Hulkenberg (Force India-Mercedes)

19. Max Chilton (Marussia-Ferrari)

20. Esteban Gutierrez (Sauber-Ferrari)

21. Andre Lotterer (Caterham-Renault)

22. Marcus Ericsson (Caterham-Renault)

More in Sports