Il-gowls ta’ Ramsey u l-mewt tal-VIPs

Il-mewt ta' personalitajiet jiem wara l-gowls ta' Ramsey!

Ghaddafi, Whitney Houston u Steve Jobs - uħud mill-VIPs li mietu ftit sigħat wara li Ramsey rnexxielu jsib ix-xibka - kumbinazzjoni jew le?
Ghaddafi, Whitney Houston u Steve Jobs - uħud mill-VIPs li mietu ftit sigħat wara li Ramsey rnexxielu jsib ix-xibka - kumbinazzjoni jew le?

Fatt tassew kurjuż huwa dak li kważi kull meta jiskorja xi gowl il-plejer ta’ Arsenal, Aaron Ramsey, l-għada jew fil-ġranet ta’ wara jmut xi VIP. Dan ilu jsir mill-2011 u għadu jsir sal-lum il-ġurnata bl-aħħar mewt tkun dik tal-attur ferm famuż Robin Williams nhar it-Tnejn li għadda. F’dan l-artiklu se nkunu qed nagħtu ħarsa lejn dawn il-kumbinazzjonijiet jew mhumiex. Inħallu f’idejkom il-qarrejja biex tiddeċiedu. 

2011

1 ta’ Mejju – Ramsey jiskorja kontra Manchester United

2 ta’ Mejju – Imut Osama Bin Laden

2 ta’ Ottubru – Ramsey jiskorja kontra Tottenham Hotspur

5 ta’ Ottubru – Imut Steve Jobs

19 ta’ Ottubru – Ramsey jiskorja kontra Marseille

20 ta’ Ottubru – Imut Gaddafi

2012

11 ta’ Frar – Ramsey jiskorja kontra Sunderland

11 ta’ Frar – Tmut Whitney Houston 

2013 

22 ta’ Marzu – Ramsey jiskorja kontra l-Iskozja mat-tim nazzjonali Ingliż

22 ta’ Marzu – Imut Manolo Galvan

18 ta’ Settembru – Ramsey jiskorja f’logħba valida mill-UEFA Champions League

18 ta’ Settembru – Imut Ken Norton

30 ta’ Novembru – Ramsey jiskorja darbtejn kontra Cardiff City

30 ta’ Novembru – Imut l-attur popolari ta’ The Fast and The Furious, Paul Walker

2014

10 ta’ Awwissu - Ramsey jiskorja fir-rebħa ta’ 3-0 kontra Manchester City biex il-Gunners kisbu ċ-Charity Shield

11 ta’ Awwissu – Imut Robin Williams.

More in Sports