Rosberg jikseb is-sitt pole tal-istaġun u iktar problemi għal Hamilton f’Budapest

Is-sewwieq tal-Mercedes u favorit li jirbaħ it-titlu tal-Formula 1 fi tmiem l-istaġun Nico Rosberg kiseb is-sitt pole tal-istaġun b’distakk ferm żgħir fuq Sebastian Vettel. Fit-tielet post se jkun qed jibda s-sewwieq tal-Williams-Mercedes Valtteri Bottas li qed ikollu staġun ferm tajjeb. 

Staġun mill-aqwa għal Nico Rosberg fil-Formula 1
Staġun mill-aqwa għal Nico Rosberg fil-Formula 1

Tajjeb ngħidu li s-sewwieq Brittaniku Lewis Hamilton reġa’ kien involut f’inċident ieħor hekk kif inħarqitlu l-karozza u għalhekk illum se jkun qed jibda mill-aħħar post flimkien mas-sewwieq Pastor Maldonado. 

Din il-pole u l-GP tal-lum huma l-aħħar li se jsiru qabel il-waqfa tas-sajf. Intant, hemm possibbiltà li llum it-tellieqa f’Budapest tkun ikkaratterizzata mix-xita li tista’ ttellef lis-sewwieqa. 

Dawn huma l-postijiet li minnhom se jkunu qed jibdew is-sewwieqa tal-F1 fit-trakka ta’ Hungaroring f’Budapest fl-Ungerija, illum:

1        Nico Rosberg    Mercedes

2        Sebastian Vettel    Red Bull Racing-Renault

3        Valtteri Bottas    Williams-Mercedes

4        Daniel Ricciardo    Red Bull Racing-Renault

5        Fernando Alonso    Ferrari

6        Felipe Massa    Williams-Mercedes

7        Jenson Button    McLaren-Mercedes

8        Jean-Eric Vergne    STR-Renault

9        Nico Hulkenberg    Force India-Mercedes

10        Kevin Magnussen    McLaren-Mercedes

11        Daniil Kvyat    STR-Renault

12        Adrian Sutil    Sauber-Ferrari

13        Sergio Perez    Force India-Mercedes

14        Esteban Gutierrez    Sauber-Ferrari

15        Romain Grosjean    Lotus-Renault

16        Jules Bianchi    Marussia-Ferrari

17        Kimi Räikkönen    Ferrari

18        Kamui Kobayashi    Caterham-Renault

19        Max Chilton    Marussia-Ferrari

20        Marcus Ericsson    Caterham-Renault

21        Lewis Hamilton    Mercedes

22        Pastor Maldonado    Lotus-Renault

More in Sports