Wenger jixtieq jibqa’ ma’ Arsenal

Kollox jindika li Wenger se jibqa’ ma’ Arsenal hekk kif din hija x-xewqa tiegħu
Kollox jindika li Wenger se jibqa’ ma’ Arsenal hekk kif din hija x-xewqa tiegħu

Il-kowċ Franċiż ta Arsenal magħruf bħala l-‘Inġinier’, Arsene Wenger, ta indikazzjonijiet li se jkun qed jiffirma kuntratt ġdid ma’ Arsenal u jibqa’ mal-Gunners wara dan l-istaġun hekk kif il-kuntratt tiegħu ma’ dan it-tim minn Londra jintemmlu propju fi tmiem dan l-istaġun. Huwa ilu fit-tmun ta’ Arsenal sa mill-1996 u għalhekk kollox qed jindika li huwa se jkun qed jiffirma kuntratt ġdid mal-Gunners. 

Iżda, jekk dan ma jseħħx, jidher li l-klabb mill-Kampjonat Franċiż Ligue 1 Monaco huma lesti li joffru s-somma ta’ xejn inqas minn 22 miljun Sterlina biex jakkwista s-servizzi ta’ dan il-kowċ bravu biex jieħu post il-kowċ preżenti tagħhom, it-Taljan Claudio Ranieri.

More in Sports