Atletico Madrid champions Spanjoli għall-ewwel darba sa mill-1996

Plejers ta’ Atletico Madrid jifirħu wara r-rebħ tal-Kampjonat Spanjol La Liga
Plejers ta’ Atletico Madrid jifirħu wara r-rebħ tal-Kampjonat Spanjol La Liga

Atletico Madrid rebħu l-Kampjonat Spanjol La Liga għall-ewwel darba sa mill-1996 meta barra minn darhom fin-Nou Camp żammew f’parità ta’ 1-1 lir-rivali Barcelona. Kienu Barcelona li fetħu l-iskor permezz ta’ Alexis Sanchez fit-33 minuta waqt li Diego Godin ġab l-iskor indaqs għall-Madrileni fid-49 minuta. 

B’hekk Atletico Madrid temmew il-kampjonat fil-quċċata b’90 punt minn 38 logħba, 3 punti vantaġġ fuq Barcelona u Real Madrid li temmew il-kampjonat fit-tieni u t-tielet post rispettivament b’87 punt iżda Barcelona kellhom differenza ta’ gowls aħjar – biex inkunu preċiżi gowl wieħed biss vantaġġ. 

Atletico Madrid jistgħu jiksbu d-double nhar is-Sibt li ġej dejjem jekk f’Lisbona fil-Portugall jegħlbu lir-rivali Real Madrid fil-finali tal-UEFA Champions League. U propju Real Madrid f’logħba oħra li ntlagħbet ilbieraħ ġewwa darhom fis-Santiago Bernabeu għelbu lil Espanyol bl-iskor ta’ 3-1 bil-gowls għalihom jaslu minn Bale u doppjetta ta’ Morata waqt li l-gowl waħdieni ta’ Espanyol wasal minn Pizzi.

More in Sports