Hamilton jikseb ir-raba’ pole position minn ħamsa
Is-sewwieq Brittaniku Lewis Hamilton li matul din is-sena waqqaf għal kollox id-dominju assolut ta’ Sebastian Vettel u huwa favorit nett li jirbaħ it-titlu mondjali tal-Formula 1 fi tmiem l-istaġun rebaħ il-pole position ta’ Spanja biex b’hekk kiseb ir-raba’ pole position minn ħamsa matul dan l-istaġun li qed jirriżulta bħala wieħed mill-aqwa għalih.
Il-Mercedes iddominaw is-sessjonijiet ta’ kwalifikazzjoni fosthom il-pole position fiċ-ċirkwit ta’ Barcelona. Hamilton, li qed ifittex ir-raba’ rebħa konsekuttiva tiegħu matul dan l-istaġun kien kważi żewġ deċimi ta’ sekonda iktar veloċi minn sieħbu fuq Mercedes Nico Rosberg u iktar minn sekonda veloċi mis-sewwieq fuq Red Bull Daniel Ricciardo li llum se jkun qed jibda fit-tielet post. Is-sewwieq tal-Williams Valtteri Bottas u dak fuq Lotus Romain Grosjean impressjonaw bis-sħiħ fejn se jkunu qed jibdew mir-raba’ u l-ħames post rispettivament illum fil-Grand Prix ta’ Spanja.
Intant, dawn huma l-pożizzjonijiet li minnhom se jkunu qed jibdew is-sewwieqa llum:
- Lewis Hamilton Mercedes
- Nico Rosberg Mercedes
- Daniel Ricciardo Red Bull Racing-Renault
- Valtteri Bottas Williams-Mercedes
- Romain Grosjean Lotus-Renault
- Kimi Räikkönen Ferrari
- Fernando Alonso Ferrari
- Jenson Button McLaren-Mercedes
- Felipe Massa Williams-Mercedes
- Sebastian Vettel Red Bull Racing-Renault
- Nico Hulkenberg Force India-Mercedes
- Sergio Perez Force India-Mercedes
- Daniil Kvyat STR-Renault
- Esteban Gutierrez Sauber-Ferrari
- Kevin Magnussen McLaren-Mercedes
- Jean-Eric Vergne STR-Renault
- Adrian Sutil Sauber-Ferrari
- Max Chilton Marussia-Ferrari
- Jules Bianchi Marussia-Ferrari
- Marcus Ericsson Caterham-Renault
- Kamui Kobayashi Caterham-Renault
- Pastor Maldonado Lotus-Renault