Kosta Rika jixxukkjaw lill-Urugwaj

Kolumbja 3 - 0 Greċja

Oscar Duarte tal-Kosta Rika (X) jiċċelebra mal-kumplament tat-tim wara li skorja. Ritratt minn  EPA/JULIO MUNOZ
Oscar Duarte tal-Kosta Rika (X) jiċċelebra mal-kumplament tat-tim wara li skorja. Ritratt minn EPA/JULIO MUNOZ

Ħadd ma stenna lil Kosta Rika li kellhom jirbħu lill-Urugwaj iżda fil-fatt irnexxielhom jagħmlu dan meta għelbuhom bl-iskor ta’ 3-1 biex b’hekk bla dubju rriżultat waħda mill-ikbar sorpriżi s’issa fit-Tazza tad-Dinja hekk kif ilkoll nafu li l-Urugwaj huma bil-bosta iktar superjuri mill-Kosta Rika. Il-Kosta Rika kellhom tieni taqsima mill-aqwa fejn skorjaw tliet gowls u dawru telfa f’rebħa.
Fit-23 minuta l-Urugwaj rebħu penalty meta Junior Diaz waqqa’ lil Lugano fil-kaxxa u mill-11-il metru Edinson Luiz Cavani ma żbaljax biex tefa’ lill-Urugwajani f’delirju ta’ ferħ. Il-Kosta Rika ġabu l-iskor indaqs fl-54 minuta permezz tal-attakkant ta’ Arsenal, Campbell, u permezz tax-xutt b’saħħtu tiegħu li ntemm fir-rokna tax-xibka ma ta l-ebda ċans lil Muslera.
U tliet minuti biss wara l-Kosta Rika rduppjaw l-iskor permezz ta’ Duarte li permezz ta’ daqqa ta’ ras għeleb lil Muslera li għalkemm intefa’ minn tulu ma seta’ jagħmel xejn biex isalva l-ballun milli jintemm fix-xibka. Fl-84 minuta l-Kosta Rika għamluhom tlieta, din id-darba permezz ta’ Urena li wara li rċieva mingħand Campbell, ixxamplat għeleb lil Muslera biex kompla jitfa’ lill-partitarji ta’ Kosta Rika f’delirju ta’ ferħ hekk kif kisbu tliet punti xejn u xejn mistennija li jawguraw ferm tajjeb għalihom għall-Kumplament tat-Tazza tad-Dinja.
L-Urugwaj spiċċaw jilagħbu b’għaxar plejers fil-95 minuta meta tkeċċa għalihom il-plejer Maxi Pereira permezz ta’ karta ħamra diretta.

Urugwaj - Muslera, Lugano, Godin, Gargano (Gonzalez 60’), Rodriguez, Forlan (Lodeiro 60’), Stuani, Pereira, Arevalo Rios, Cavani, Caceres
Kosta Rika - Navas, Gonzalez, Umana, Borges, Duarte, Bolanos (Barrantes 89’), Campbell, Ruiz (Urena 83’), Diaz, Gamboa, Tejeda

Referee - Felix Brych (ĠER

 

More in Sports